|
+Artikolu 13 2. |
Artikolu 13 2.Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 8(1) ikun ċifra pożittiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa l-emissjonijiet li jikkorrispondu għar-riżultat ta' dak il-kalkolu, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru jkun inkluda fl-istrateġija tiegħu ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta' bjar u riżervi tal-foresti, kif ukoll informazzjoni dwar l-impatt ta' tali miżuri fuq objettivi ambjentali rilevanti, inklużi, fost affarijiet oħra, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-adattament għal disturbi naturali; u
(b)
l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2021 sal-2025. Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|