+Artikolu 13 Flessibbiltà tal-art forestali ġestita
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.

Artikolu 13 Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1), ikkontabbilizzati f'konformità ma' dan ir-Regolament, fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' juża l-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita f'dan l-Artikolu sabiex ikun konformi mal-Artikolu 4(1).
Artikolu 13 2.

Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 8(1) ikun ċifra pożittiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa l-emissjonijiet li jikkorrispondu għar-riżultat ta' dak il-kalkolu, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru jkun inkluda fl-istrateġija tiegħu ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta' bjar u riżervi tal-foresti, kif ukoll informazzjoni dwar l-impatt ta' tali miżuri fuq objettivi ambjentali rilevanti, inklużi, fost affarijiet oħra, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-adattament għal disturbi naturali; u

(b) 

l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.

Artikolu 13 3.
Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 jista' jkopri biss bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta' referenza għall-foresti ta' dak l-Istat Membru u, għall-perjodu mill-2021 sal-2025, ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII.
Artikolu 13 4.
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw evidenza quddiem il-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI u l-miżuri li jippjanaw li jadottaw biex jipprevjenu jew jimmitigaw impatti simili fil-futur sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-bjar li jkun għad fadal, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta' referenza għall-foresti tagħhom, sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2021 sal-2025 stabbilit fl-Anness VII . Meta d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, dak il-kumpens mhux użat għandu jitqassam fuq bażi pro rata fost l-Istati Membri kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit