|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.Sal-15 ta' Marzu 2027 għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u sal-15 ta' Marzu 2032 għall-perjodu mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-konformità, abbażi ta' settijiet ta' data annwali, li jkun fih il-bilanċ tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali għall-perjodu rilevanti fuq kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art speċifikata fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (f), għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), għall-perjodu mill-2026 sal-2030, bl-użu tar-regoli kontabilistiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta':
(a)
il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi possibbli, inkluż mill-anqas ma' objettivi u strateġiji ambjentali oħra tal-Unjoni, bħal dawk stabbiliti fit-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: It-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent;
(b)
kif l-Istati Membri jkunu qiesu l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” huma u jadottaw il-politiki u l-miżuri tagħhom biex jikkonformaw mal-mira tagħhom stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tagħhom stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4), sa fejn ikun rilevanti;
(c)
is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inklużi politiki u miżuri biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali u l-klima;
(d)
is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità. Ir-rapport tal-konformità għandu jkun fih ukoll, meta jkun applikabbli, dettalji dwar l-intenzjoni li jintużaw il-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-ammonti relatati, jew dwar l-użu ta' tali flessibbiltajiet u ammonti relatati. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti tal-konformità disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1999. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|