+Artikolu 14 Kontroll tal-konformità
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 1a.
---+Artikolu 14 1b.
---+Artikolu 14 1c.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
|
Artikolu 14 Kontroll tal-konformità
Kontroll tal-konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Sal-15 ta' Marzu 2027 għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u sal-15 ta' Marzu 2032 għall-perjodu mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-konformità, abbażi ta' settijiet ta' data annwali, li jkun fih il-bilanċ tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali għall-perjodu rilevanti fuq kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art speċifikata fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (f), għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), għall-perjodu mill-2026 sal-2030, bl-użu tar-regoli kontabilistiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta':
(a)
il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi possibbli, inkluż mill-anqas ma' objettivi u strateġiji ambjentali oħra tal-Unjoni, bħal dawk stabbiliti fit-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: It-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent;
(b)
kif l-Istati Membri jkunu qiesu l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” huma u jadottaw il-politiki u l-miżuri tagħhom biex jikkonformaw mal-mira tagħhom stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tagħhom stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4), sa fejn ikun rilevanti;
(c)
is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inklużi politiki u miżuri biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali u l-klima;
(d)
is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità.
Ir-rapport tal-konformità għandu jkun fih ukoll, meta jkun applikabbli, dettalji dwar l-intenzjoni li jintużaw il-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-ammonti relatati, jew dwar l-użu ta' tali flessibbiltajiet u ammonti relatati. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti tal-konformità disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 14 1a.
|
Id-data tal-inventarju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ppreżentata minn kull Stat Membru u vvalidata skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tista' tkun soġġetta għal aġġustament metodoloġiku mill-Kummissjoni meta tkun saret bidla fil-metodoloġija użata mill-Istati Membri. Madankollu, tali aġġustamenti metodoloġiċi, peress li huma għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-mira tal-Unjoni għall-2030, ma għandhomx jaffettwaw il-valur tal-assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 bħala somma tal-valuri tal-assorbimenti netti ta' gassijiet serra, f'kt ta' ekwivalenti ta' CO2, fl-2030 għall-Istati Membri stabbiliti fil-kolonna D tal-Anness IIa u lanqas il-miri fil-kolonna C ta' dak l-Anness.
|
|
Artikolu 14 1b.
|
L-Istati Membri li jindikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw il-flessibbiltà msemmija fl-Artikolu 13b(6) għandhom jiddeskrivu, f'taqsimiet dedikati tar-rapport, il-miżuri meħuda biex jimmitigaw jew ireġġgħu lura l-effetti msemmija fl-Artikolu 13b(6), il-punt (b), kif ukoll l-effetti osservati u mistennija ta' dawk il-miżuri.
|
|
Artikolu 14 1c.
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tar-rapporti tal-konformità, previsti mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4. B'mod parallel ma' dak ir-rieżami komprensiv, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” jkun tqies skont il-paragrafu 1, il-punt (b). F'dak ir-rigward, qabel l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għall-fini ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tar-rapporti tal-konformità, previsti taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport fl-2027, għall-perijodu mill-2021 sal-2025, u fl-2032, għall-perijodu mill-2026 sal-2030, dwar l-emissjonijiet totali u l-assorbimenti totali tal-Unjoni ta’ gassijiet serra għal kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 ikkalkolata bħala t-total tal-emissjonijiet rrappurtati u t-total tal-assorbimenti rrappurtati għall-perijodu u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-medja annwali tal-Unjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rrappurtati fil-perijodu mill-2000 sal-2009.
|
|
Artikolu 14 4.
|
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ u konformità previst f’dan l-Artikolu, f’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|