+ANNESS IV

ANNESS IV

ANNESS IV

PJAN NAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ GĦALL-FORESTRIJA LI FIH IL-LIVELL TA’ REFERENZA GĦALL-FORESTI TA’ STAT MEMBRU

A.   Kriterji u gwida biex jiġi determinat il-livelli ta’ referenza għall-foresti

Il-livell ta’ referenza għall-foresti ta’ Stat Membru għandu jiġi determinat skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-livell ta’ referenza għandu jkunu konsistenti mal-għan li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu, inkluż iż-żieda tal-assorbimenti potenzjali minn stokkijiet ta’ foresti li qed jixjieħu, li altrimenti jistgħu juru bjar li qed jonqsu progressivament;

(b) 

il-livell ta’ referenza għandu jiżgura li s-sempliċi preżenza ta’ ħażniet tal-karbonju hija eskluża mill-kontabbiltà;

(c) 

il-livell ta’ referenza għandu jiżgura sistema robusta u kredibbli tal-kontabbiltà li tiżgura li l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-użu tal-bijomassa jiġu kkontabbilizzati b’mod korrett;

(d) 

il-livell ta’ referenza għandu jinkludi r-raggruppament tal-karbonju tal-prodotti tal-injam maħsud, li b’hekk jipprovdu tqabbil bejn l-ossidazzjoni istantanja assunta u l-applikazzjoni tal-funzjoni ta’ diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u l-valuri ta’ nofs il-ħajja;

(e) 

proporzjon kostanti bejn l-użu ta’ bijomassa tal-foresti solida u tal-enerġija kif dokumentat fil-perijodu mill-2000 sal-2009 għandu jiġi preżunt;

(f) 

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-objettiv li jsir kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, kif stabbilit fl-Istrateġija tal-UE għall-foresti, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità;

(g) 

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn sorsi u assorbimenti minn bjar kif irrappurtati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013;

(h) 

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-inventarji tal-gassijiet serra u mad-data storika rilevanti u għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni trasparenti, kompluta, konsistenti, komparabbli u preċiża. B’mod partikulari, il-mudell użat biex jitfassal il-livell ta’ referenza għandu jkun kapaċi jirriproduċu data storika mill-Inventarju Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.

B.   Elementi tal-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija

Il-Pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija mressaq skont l-Artikolu 8 għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ġenerali tad-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti u deskrizzjoni ta’ kif tqiesu l-kriterji f’dan ir-Regolament;

(b) 

l-identifikazzjoni tar-raggruppamenti tal-karbonju u l-gassijiet serra li ġew inklużi fil-livell ta’ referenza għall-foresti, ir-raġunijiet għala raggruppament tal-karbonju tħalla barra mid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti u turija tal-konsistenza bejn ir-raggruppamenti tal-karbonju inklużi fil-livell ta’ referenza għall-foresti;

(c) 

deskrizzjoni ta’ approċċi, metodi u mudelli, inkluża informazzjoni kwantitattiva, użati fid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti, konsistenti mal-aktar rapport tal-inventarju nazzjonali reċenti, u deskrizzjoni tal-informazzjoni dokumentarja dwar il-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli u l-intensità tal-foresti kif ukoll tal-politiki nazzjonali adottati;

(d) 

informazzjoni dwar kif ir-rati tal-ħsad huma mistennija jiżviluppaw taħt xenarji ta’ politika differenti;

(e) 

deskrizzjoni ta’ kif kull wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin tqiesu fid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti:

(i) 

iż-żona soġġetta għal ġestjoni tal-foresti;

(ii) 

l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti u mill-prodotti tal-injam maħsud kif jidher fl-inventarji tal-gassijiet serra u fid-data storika rilevanti;

(iii) 

karatteristiċi tal-foresti, inkluż karatteristiċi dinamiċi tal-foresti relatati mal-età, żidiet, it-tul ta’ rotazzjoni u informazzjoni oħra dwar attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti taħt “xenarju ta’ żamma tal-istatus quo”;

(iv) 

ir-rati storiċi u futuri tal-ħsad diżaggregati bejn l-enerġija u l-użu mhux tal-enerġija.

▼M1

C.    Il-livelli ta’ referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2025


Stat Membru

Il-livell ta’ referenza għall-foresti għall-perjodu mill-2021 sal-2025 f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 kull sena

Il-Belġju

– 1 369 009

Il-Bulgarija

– 5 105 986

Iċ-Ċekja

– 6 137 189

Id-Danimarka

+354 000

Il-Ġermanja

– 34 366 906

L-Estonja

– 1 750 000

L-Irlanda

+112 670

Il-Greċja

– 2 337 640

Spanja

– 32 833 000

Franza

– 55 399 290

Il-Kroazja

– 4 368 000

L-Italja

– 19 656 100

Ċipru

– 155 779

Il-Latvja

– 1 709 000

Il-Litwanja

– 5 164 640

Il-Lussemburgu

– 426 000

L-Ungerija

– 48 000

Malta

-38

In-Netherlands

– 1 531 397

L-Awstrija

– 4 533 000

Il-Polonja

– 28 400 000

Il-Portugall

– 11 165 000

Ir-Rumanija

– 24 068 200

Is-Slovenja

– 3 270 200

Is-Slovakkja

– 4 827 630

Il-Finlandja

– 29 386 695

L-Iżvezja

– 38 721 000

▼M2 —————

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit