+Artikolu 8 Azzjoni korrettiva
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Azzjoni korrettiva
Azzjoni korrettiva
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi:
(a)
spjegazzjoni dettaljata dwar għaliex dak l-Istat Membru mhuwiex qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora dawk l-obbligi;
(b)
valutazzjoni ta’ kif il-finanzjament tal-Unjoni appoġġa l-isforzi ta’ dak l-Istat Membru biex jonora dawk l-obbligi u ta’ kif biħsiebu juża tali finanzjament biex jagħmel progress biex jonorahahom;
(c)
azzjonijiet addizzjonali, li jikkomplementaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima ta’ dak l-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jew li jsaħħu l-implimentazzjoni tiegħu, li jrid jimplimenta sabiex jwettaq dawk l-obbligi, permezz ta’ politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni, akkumpanjati minn valutazzjoni dettaljata, li tkun mirfuda minn data kwantitattiva, fejn disponibbli, tat-tnaqqis previst tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżulta minn dawk l-azzjonijiet;
(d)
skeda stretta ta’ implimentazzjoni ta’ tali azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni.
Meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, dan jista’ jfittex il-parir tiegħu biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 8 2.
|
F’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta’ azzjoni korrettiva.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar kemm huma b’saħħithom il-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva ppreżentati f’konformità mal-paragrafu 1 u f’dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba’ xhur mill-wasla ta’ dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u jista’ jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax l-opinjoni tal-Kummissjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Kull Stat Membru għandu jagħmel il-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 u kwalunkwe ġustifikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-opinjoni tagħha kif msemmija fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|