|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a)
skart, inklużi l-ilma mormi u r-residwi, iġġenerati mit-tħaddim normali tal-bastimenti u tal-pjattaformi lil hinn mill-kosta sa ma dak l-iskart jinħatt għall-finijiet ta’ rkupru jew rimi, dment li l-iskart ikun soġġett għar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti, tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Immaniġġjar tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti jew ta’ strumenti internazzjonali vinkolanti rilevanti oħrajn;
(b)
skart iġġenerat abbord vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti, sa ma dak l-iskart jinħatt għall-finijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi;
(c)
vjeġġi ta’ skart radjuattiv kif definit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom ( 2 );
(d)
vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif definit fl-Artikolu 3, il-punti (1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, rispettivament, għajr prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mħallta jew ikkontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fil-lista ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(e)
vjeġġi ta’ ilmijiet mormija li huma koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE ( 3 ) jew minn leġislazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni;
(f)
vjeġġi ta’ sustanzi li huma destinati għall-użu bħala materjali ta’ għalf kif definit fl-Artikolu 3(2), il-punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u li ma jkunux jikkonsistu minn prodotti sekondarji tal-annimali jew ikun fihom tali prodotti;
(g)
vjeġġi ta’ skart mill-Antartiku lejn l-Unjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-Protokoll tat-Trattat tal-Antartiku dwar il-Ħarsien Ambjentali ( 5 );
(h)
vjeġġi ta’ dijossidu ta’ karbonju għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(i)
bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti:
(i)
li huma kkunsidrati bħala skart perikoluż, li jkunu jinsabu f’żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u li jiġu esportati mill-Unjoni għall-irkupru, li għalihom għandhom japplikaw biss l-Artikoli 39, 48, 49 u t-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament; jew
(ii)
li huma kkunsidrati bħala skart, li jkunu jinsabu f’żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u li jkunu destinati għar-rimi; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|