+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a) 

vjeġġi ta’ skart bejn l-Istati Membri, bi tranżitu jew mingħajr tranżitu tramite pajjiżi terzi;

(b) 

vjeġġi ta’ skart importat lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi;

(c) 

vjeġġi ta’ skart esportat mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi;

(d) 

vjeġġi ta’ skart fi tranżitu tramite l-Unjoni lejn jew minn pajjiżi terzi.

Artikolu 2 2.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) 

skart, inklużi l-ilma mormi u r-residwi, iġġenerati mit-tħaddim normali tal-bastimenti u tal-pjattaformi lil hinn mill-kosta sa ma dak l-iskart jinħatt għall-finijiet ta’ rkupru jew rimi, dment li l-iskart ikun soġġett għar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti, tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Immaniġġjar tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti jew ta’ strumenti internazzjonali vinkolanti rilevanti oħrajn;

(b) 

skart iġġenerat abbord vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti, sa ma dak l-iskart jinħatt għall-finijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi;

(c) 

vjeġġi ta’ skart radjuattiv kif definit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom ( 2 );

(d) 

vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif definit fl-Artikolu 3, il-punti (1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, rispettivament, għajr prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mħallta jew ikkontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fil-lista ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(e) 

vjeġġi ta’ ilmijiet mormija li huma koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE ( 3 ) jew minn leġislazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni;

(f) 

vjeġġi ta’ sustanzi li huma destinati għall-użu bħala materjali ta’ għalf kif definit fl-Artikolu 3(2), il-punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u li ma jkunux jikkonsistu minn prodotti sekondarji tal-annimali jew ikun fihom tali prodotti;

(g) 

vjeġġi ta’ skart mill-Antartiku lejn l-Unjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-Protokoll tat-Trattat tal-Antartiku dwar il-Ħarsien Ambjentali ( 5 );

(h) 

vjeġġi ta’ dijossidu ta’ karbonju għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(i) 

bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti:

(i) 

li huma kkunsidrati bħala skart perikoluż, li jkunu jinsabu f’żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u li jiġu esportati mill-Unjoni għall-irkupru, li għalihom għandhom japplikaw biss l-Artikoli 39, 48, 49 u t-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament; jew

(ii) 

li huma kkunsidrati bħala skart, li jkunu jinsabu f’żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u li jkunu destinati għar-rimi;

Artikolu 2 3.
Għall-importazzjonijiet ta’ skart iġġenerat mill-forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta’ għajnuna matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jew matul operazzjonijiet ta’ stabbiliment tal-paċi jew ta’ żamma tal-paċi, meta tali skart jiġi ttrasportat, mill-forzi armati jew l-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna kkonċernati jew f’isimhom, direttament jew indirettament lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni, għandhom japplikaw biss l-Artikolu 51(6) u (7) u l-Artikolu 53(5).
Artikolu 2 4.
Għal vjeġġi ta’ skart mill-Antartiku lejn pajjiżi terzi li t-tranżitu tagħhom isir tramite l-Unjoni japplikaw l-Artikoli 39 u 59.
Artikolu 2 5.
Għat-trasport ta’ skart esklużivament fi Stat Membru, għandu japplika biss l-Artikolu 36.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit