|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.Vjeġġi tal-iskart li ġej destinat għall-irkupru għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel, stabbilita fil-Kapitolu 1:
(a)
skart elenkat fl-Anness IV;
(b)
skart li ma jkunx klassifikat taħt entrata waħda unika f’xi wieħed mill-Annessi III, IIIB jew IV;
(c)
taħlitiet ta’ skart, dment li ma jkunux elenkati fl-Anness IIIA;
(d)
skart ikklassifikat bħala perikoluż fil-lista ta’ skart stabbilita skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(e)
skart elenkat fl-Anness III jew fl-Anness IIIB u taħlitiet ta’ skart elenkat fl-Anness IIIA kkontaminat b’materjali oħra sal-punt li:
(i)
iżidu r-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jagħmluh xieraq biex jiġi sottopost għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, filwaqt li titqies il-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE kif ukoll il-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva; jew
(ii)
jipprevjenu l-irkupru tal-iskart b’mod li jħares l-ambjent;
(f)
skart jew taħlitiet ta’ skart li jkun fihom pollutanti organiċi persistenti (POPs) jew li jkunu kkontaminati bihom skont is-sens tar-Regolament (UE) 2019/1021 fi kwantitajiet li jilħqu jew jaqbżu l-limitu ta’ konċentrazzjoni indikat fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, li ma jkunux klassifikati bħalaskart perikoluż. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|