+Artikolu 5 Notifika
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
---+Artikolu 5 11.

Artikolu 5 Notifika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Meta notifikatur ikollu l-intenzjoni li jittrasporta skart imsemmi fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3), in-notifikatur għandu jissottometti notifika bil-miktub minn qabel (“notifika”) lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati.

Notifikatur imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(ii), (iii) jew (iv), jista’ jissottometti notifika biss meta n-notifikatur ikun kiseb permess jew ikun irreġistrat f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/98/KE.

Meta notifikatur jissottometti notifika ġenerali għal diversi vjeġġi kif imsemmi fl-Artikolu 13, in-notifikatur għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu.

Meta vjeġġ ikun destinat għal faċilità approvata minn qabel skont l-Artikolu 14, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali fil-paragrafi 12, 14, 15 u 16 ta’ dak l-Artikolu.

Meta vjeġġ ikun destinat għal irkupru interim jew rimi interim, għandu japplika wkoll l-Artikolu 15.

Artikolu 5 2.

In-notifika għandha tinkludi d-dokumenti li ġejjin:

(a) 

id-dokument ta’ notifika stabbilit fl-Anness IA (“id-dokument ta’ notifika”);

(b) 

id-dokument ta’ moviment stabbilit fl-Anness IB (“id-dokument ta’ moviment”).

In-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni indikata fid-dokument ta’ notifika u, meta rilevanti, l-informazzjoni indikata fid-dokument ta’ moviment.

Meta n-notifikatur ma jkunx il-produttur oriġinali tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(i), in-notifikatur għandu jiżgura li l-produttur oriġinali tal-iskart jew waħda mill-persuni indikati fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(ii), (iii) jew (v), meta prattikabbli, jiffirmaw ukoll id-dokument ta’ notifika. Negozjant jew sensar għandu jiżgura li jkollu awtorizzazzjoni bil-miktub minn waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(i), (ii) jew (iii), biex jaġixxi f’isimhom, u li tali awtorizzazzjoni bil-miktub tiġi inkluża fin-notifika.

Artikolu 5 3.
Id-dokument ta’ notifika jew anness tiegħu għandu jkun fih l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II. Id-dokument ta’ moviment jew anness tiegħu għandu jkun fih l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-Parti 2 tal-Anness II, sal-limitu possibbli fil-ħin tan-notifika.
Artikolu 5 4.
Meta jintalab minn kwalunkwe awtorità kompetenti kkonċernata, in-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3 u l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni addizzjonali stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness II lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha. L-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati b’dik it-talba.
Artikolu 5 5.
Notifika għandha titqies li tkun twettqet kif suppost ladarba l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun sodisfatta li d-dokument ta’ notifika u d-dokument ta’ moviment ikunu ġew kompluti f’konformità mal-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 5 6.
Notifika għandha titqies bħala kompluta kif suppost ladarba l-awtoritajiet kollha kkonċernati jkunu sodisfatti li d-dokument ta’ notifika u d-dokument ta’ moviment ikunu ġew kompluti f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 jew ladarba jkunu rċevew l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha mitluba minnhom f’konformità mal-paragrafu 4.
Artikolu 5 7.
In-notifikatur għandu jipprovdi kopja tal-kuntratt konkluż f’konformità mal-Artikolu 6 u dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu f’konformità mal-Anness IA lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fil-ħin tan-notifika.
Artikolu 5 8.
In-notifikatur għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tkun ġiet stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 7 billi jikkompleta l-parti xierqa tad-dokument ta’ notifika.

Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti kif imsemmija fl-Artikolu 7 jew, jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jippermettu hekk, dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha f’konformità mal-formola stabbilita fl-Anness IA għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bħala parti mid-dokument ta’ notifika fil-ħin tan-notifika.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, id-dokumentazzjoni msemmija f’dak is-subparagrafu tista’, meta l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jippermettu hekk, tiġi pprovduta wara li tiġi sottomessa n-notifika, mhux aktar tard minn meta jiġi kkompletat id-dokument ta’ moviment f’konformità mal-Artikolu 16(2).

Artikolu 5 9.
In-notifika għandha tkopri l-vjeġġ mill-post li minnu jibda l-vjeġġ u tkopri kwalunkwe rkupru interim jew mhux interim jew rimi interim jew mhux interim tiegħu.

Meta rkupru interim jew mhux interim sussegwenti jew rimi interim jew mhux interim sussegwenti jitwettaq f’pajjiż għajr l-ewwel pajjiż tad-destinazzjoni, l-irkupru mhux interim jew ir-rimi mhux interim u l-post ta’ dak l-irkupru jew rimi għandhom jiġu indikati fin-notifika u japplika l-Artikolu 15(7).

Artikolu 5 10.

Kodiċi wieħed biss ta’ identifikazzjoni tal-iskart kif imsemmi fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV għandu jkun speċifikat fid-dokument ta’ notifika u fid-dokument ta’ moviment. F’każijiet meta l-iskart ma jkunx ikklassifikat taħt entrata waħda jew fl-Anness III, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, għandu jkun speċifikat kodiċi wieħed biss ta’ identifikazzjoni tal-iskart mil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE fid-dokument ta’ notifika u fid-dokument ta’ moviment, għajr għal:.

(a) 

skart mhux ikklassifikat taħt entrata waħda unika jew fl-Anness III, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV li jista’ jiġi speċifikat bl-użu ta’ aktar minn kodiċi wieħed ta’ identifikazzjoni tal-iskart mil-lista msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE, fejn l-iskart kollu kopert min-notifika jkollu essenzjalment karatteristiċi fiżiċi u kimiċi simili, iżda ma jkunx taħlita ta’ skart; jew

(b) 

taħlitiet ta’ skart mhux ikklassifikat taħt entrata waħda unika jew fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, li għalih il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-iskart mil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-iskart jew mill-Anness III, IIIB jew IV għal kull frazzjoni tal-iskart għandu jiġi speċifikat skont l-importanza fid-dokument ta’ notifika u fid-dokument ta’ moviment, jew meta dawk il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ma jkunux disponibbli għall-frazzjonijiet kollha, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-iskart mil-lista tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE għat-taħlita kif ukoll għal kull frazzjoni tal-iskart għandu jiġi speċifikat skont l-importanza fid-dokument ta’ notifika u fid-dokument ta’ moviment.

Artikolu 5 11.
Skart jew taħlitiet ta’ skart speċifikati f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jiġu speċifikati aktar billi jiġu pprovduti l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-iskart rilevanti mil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE u kodiċijiet ta’ identifikazzjoni rilevanti oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit