|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Meta notifikatur ikollu l-intenzjoni li jittrasporta skart imsemmi fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3), in-notifikatur għandu jissottometti notifika bil-miktub minn qabel (“notifika”) lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati. Notifikatur imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(ii), (iii) jew (iv), jista’ jissottometti notifika biss meta n-notifikatur ikun kiseb permess jew ikun irreġistrat f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/98/KE. Meta notifikatur jissottometti notifika ġenerali għal diversi vjeġġi kif imsemmi fl-Artikolu 13, in-notifikatur għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu. Meta vjeġġ ikun destinat għal faċilità approvata minn qabel skont l-Artikolu 14, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali fil-paragrafi 12, 14, 15 u 16 ta’ dak l-Artikolu. Meta vjeġġ ikun destinat għal irkupru interim jew rimi interim, għandu japplika wkoll l-Artikolu 15. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|