|
+Artikolu 5 10. |
Artikolu 5 10.Kodiċi wieħed biss ta’ identifikazzjoni tal-iskart kif imsemmi fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV għandu jkun speċifikat fid-dokument ta’ notifika u fid-dokument ta’ moviment. F’każijiet meta l-iskart ma jkunx ikklassifikat taħt entrata waħda jew fl-Anness III, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, għandu jkun speċifikat kodiċi wieħed biss ta’ identifikazzjoni tal-iskart mil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE fid-dokument ta’ notifika u fid-dokument ta’ moviment, għajr għal:.
(a)
skart mhux ikklassifikat taħt entrata waħda unika jew fl-Anness III, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV li jista’ jiġi speċifikat bl-użu ta’ aktar minn kodiċi wieħed ta’ identifikazzjoni tal-iskart mil-lista msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE, fejn l-iskart kollu kopert min-notifika jkollu essenzjalment karatteristiċi fiżiċi u kimiċi simili, iżda ma jkunx taħlita ta’ skart; jew
(b)
taħlitiet ta’ skart mhux ikklassifikat taħt entrata waħda unika jew fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, li għalih il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-iskart mil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-iskart jew mill-Anness III, IIIB jew IV għal kull frazzjoni tal-iskart għandu jiġi speċifikat skont l-importanza fid-dokument ta’ notifika u fid-dokument ta’ moviment, jew meta dawk il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ma jkunux disponibbli għall-frazzjonijiet kollha, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-iskart mil-lista tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE għat-taħlita kif ukoll għal kull frazzjoni tal-iskart għandu jiġi speċifikat skont l-importanza fid-dokument ta’ notifika u fid-dokument ta’ moviment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|