+Artikolu 9 Kunsens mill-awtoritajiet kompetenti u l-perjodi ta’ żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.
|
Artikolu 9 Kunsens mill-awtoritajiet kompetenti u l-perjodi ta’ żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u tat-tranżitu għandhom jieħdu, fi żmien 30 jum mid-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12) li n-notifika tkun ġiet kompluta kif suppost, waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin, li għandha tkun debitament motivata, fir-rigward tal-vjeġġ:
(a)
li jagħtu l-kunsens mingħajr kundizzjonijiet;
(b)
li jagħtu l-kunsens b’xi kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10;
(c)
li jressqu oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 12;
(d)
li ma jagħtux il-kunsens, meta ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 11.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista’ tieħu deċiżjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (c) jew (d), wara li tkun irċeviet in-notifika u qabel ma tkun qieset li tkun twettqet kif xieraq, jekk ikun evidenti li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11 ma jkunux ġew issodisfati jew li jkun hemm raġunijiet għal oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 12. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, awtorità kompetenti kkonċernata tista’ tieħu deċiżjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (c) jew (d), qabel id-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12), ladarba n-notifika tkun twettqet kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5). Il-kunsens taċitu tal-awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu jista’ jiġi preżunt jekk ma ssir ebda oġġezzjoni fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 9 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni, u, meta xieraq, tat-tranżitu, għandhom jinfurmaw lin-notifikatur bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, u jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b’dik id-deċiżjoni. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra bid-deċiżjonijiet meħuda f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet subparagrafi. Il-kunsensi taċiti msemmija fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu, għandhom ikunu validi għall-perjodu indikat fil-kunsens bil-miktub mogħti f’konformità mal-ewwel subparagrafu mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni. Meta, fi żmien 30 jum mid-data li fiha n-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew awtorità kompetenti tat-tranżitu kkonċernata tkun ġiet infurmata f’konformità mal-Artikolu 8(12), kwalunkwe awtorità kompetenti kkonċernata ma tkunx ħadet deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Jekk notifikatur jissottometti notifika f’konformità mal-Artikolu 5 u, meta rilevanti, mal-Artikolu 13, biex jivjeġġa, meta mqabbla ma’ notifika li tkun ingħatat kunsens, l-istess tip ta’ skart mill-istess post fil-pajjiż tad-dispaċċ lill-istess destinatarju u l-istess faċilità u fejn il-pajjiżi ta’ tranżitu, jekk ikun hemm, ikunu l-istess, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom iqisu kwalunkwe informazzjoni ppreżentata qabel f’konformità mal-Artikolu 5(2), (3) u (4) jew l-Artikolu 13(2) u (3) u għandhom jieħdu deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-aktar fis possibbli.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Kunsens bil-miktub għal vjeġġ għandu jiskadi fl-aktar data bikrija fi tmiem il-perjodi tal-validità kif indikat mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Ma għandux ikopri perjodu ta’ aktar minn sena waħda.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Il-vjeġġ għandu jseħħ biss wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16(1) u (2), u matul il-perjodu ta’ validità tal-kunsens taċitu jew bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. L-iskart għandu jkun ġie riċevut mill-faċilità għall-irkupru jew għar-rimi qabel tmiem il-perjodu ta’ validità tal-kunsens taċitu jew bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha.
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-irkupru jew ir-rimi tal-iskart b’rabta ma’ vjeġġ għandu jitlesta sa mhux aktar tard minn sena waħda wara r-riċeviment tal-iskart fil-faċilità li tirkupra jew tarmi l-iskart, sakemm ma jiġix indikat perjodu iqsar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fid-deċiżjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 9 7.
|
L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirtiraw il-kunsens taċitu jew bil-miktub tagħhom, fuq it-talba tan-notifikatur jew meta jkunu jafu b’xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-kompożizzjoni tal-iskart ma tkunx kif ġie nnotifikat;
(b)
il-kundizzjonijiet imposti fuq il-vjeġġ ma ġewx irrispettati;
(c)
l-iskart ma jkunx ġie rkuprat jew mormi f’konformità mal-permess tal-faċilità li twettaq l-irkupru jew ir-rimi;
(d)
l-iskart għandu jiġi, jew ikun ġie, ittrasportat, irkuprat jew mormi b’mod li ma jkunx f’konformità mal-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti ta’ notifika u ta’ moviment, jew annessa magħhom;
(e)
it-terminazzjoni tal-garanzija finanzjarja;
(f)
it-terminazzjoni tal-kuntratt.
|
|
Artikolu 9 8.
|
L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lin-notifikatur, lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra u lid-destinatarju bi kwalunkwe rtirar tal-kunsens, inkluża r-raġuni għal tali rtirar.
|
|
Artikolu 9 9.
|
Meta kunsens minn kwalunkwe awtorità mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jiġi rtirat f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-vjeġġ jew it-trattament tal-iskart ma għandux, meta applikabbli, jitħalla jkompli u għandu japplika l-Artikolu 22 jew 25, kif rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|