|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u tat-tranżitu għandhom jieħdu, fi żmien 30 jum mid-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12) li n-notifika tkun ġiet kompluta kif suppost, waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin, li għandha tkun debitament motivata, fir-rigward tal-vjeġġ:
(a)
li jagħtu l-kunsens mingħajr kundizzjonijiet;
(b)
li jagħtu l-kunsens b’xi kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10;
(c)
li jressqu oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 12;
(d)
li ma jagħtux il-kunsens, meta ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 11. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista’ tieħu deċiżjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (c) jew (d), wara li tkun irċeviet in-notifika u qabel ma tkun qieset li tkun twettqet kif xieraq, jekk ikun evidenti li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11 ma jkunux ġew issodisfati jew li jkun hemm raġunijiet għal oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 12. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, awtorità kompetenti kkonċernata tista’ tieħu deċiżjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (c) jew (d), qabel id-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12), ladarba n-notifika tkun twettqet kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5). Il-kunsens taċitu tal-awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu jista’ jiġi preżunt jekk ma ssir ebda oġġezzjoni fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|