+Artikolu 18 Rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
---+Artikolu 18 10.
---+Artikolu 18 11.
---+Artikolu 18 12.
---+Artikolu 18 13.
---+Artikolu 18 14.
---+Artikolu 18 15.
|
Artikolu 18 Rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-vjeġġi ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5) għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Vjeġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi organizzat biss mill-persuna li torganizza l-vjeġġ imsemmi fl-Artikolu 3, il-punti (7)(a)(ii), (iii) jew (iv), meta dik il-persuna tkun kisbet permess jew tkun irreġistrata f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/98/KE.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tittrasporta l-iskart biss lejn faċilità għall-irkupru tal-iskart li tkun kisbet permess jew reġistrazzjoni skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/98/KE. Il-faċilità għandha tippreżenta l-permess jew il-prova tar-reġistrazzjoni lill-persuna li torganizza l-vjeġġ qabel ma jseħħ il-vjeġġ.
|
|
Artikolu 18 4.
|
L-impriżi kollha involuti fil-vjeġġ għandhom jikkompletaw il-forma stabbilita fl-Anness VII bl-informazzjoni rilevanti fil-punti indikati u jiżguraw li l-informazzjoni ssir disponibbli elettronikament f’konformità mal-Artikolu 27, inkluż matul it-trasport tal-iskart, għall-persuni l-oħra involuti fil-vjeġġ, għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u għall-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet. Meta l-persuna li torganizza l-vjeġġ ma tkunx il-produttur oriġinali tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (7)(i), il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tiżgura li l-produttur oriġinali tal-iskart jew waħda mill-persuni indikati fl-Artikolu 3, il-punt (7)(ii), (iii) jew (v), meta prattikabbli, jiffirmaw ukoll id-dokument tal-Anness VII.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tikkompleta l-formola stabbilita fl-Anness VII bl-informazzjoni rilevanti sa fejn possibbli, sa mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol qabel ma jibda l-vjeġġ. Madankollu, l-informazzjoni dwar il-kwantità reali tal-iskart, it-trasportatur jew it-trasportaturi u, fejn applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-kontejner jistgħu jiġu sottomessi mhux aktar tard mill-bidu tal-vjeġġ.
|
|
Artikolu 18 6.
|
Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ma tkunx tista’ ssir disponibbli online matul it-trasport tal-iskart, il-persuna li torganizza l-vjeġġ u t-trasportatur jew it-trasportaturi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli b’mezzi oħra fil-vettura tat-trasport, sakemm l-informazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni magħmula disponibbli elettronikament f’konformità mal-paragrafi 4 u 5. F’tali każijiet, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tiżgura li kwalunkwe bidla jew żieda fid-dokumenti matul it-trasport tal-iskart tiġi sottomessa permezz ta’ sistema msemmija fl-Artikolu 27.
|
|
Artikolu 18 7.
|
Meta vjeġġ ikun destinat għal irkupru interim, il-faċilità fejn ikun previst l-irkupru interim jew mhux interim direttament wara l-irkupru interim inizjali, u l-kodiċijiet-R ta’ dawk l-operazzjonijiet, għandhom jiġu indikati wkoll fid-dokument tal-Anness VII flimkien mal-irkupru interim inizjali, kif ukoll, meta prattikabbli, il-faċilitajiet fejn ikun previst irkupru sussegwenti interim jew mhux interim u l-kodiċijiet-R tal-operazzjonijiet ta’ rkupru relatati.
|
|
Artikolu 18 8.
|
Il-faċilità ta’ rkupru jew il-laboratorju għandhom, fi żmien jumejn minn meta jirċievu l-iskart, jipprovdu konferma lill-persuna li torganizza l-vjeġġ li l-iskart ġie riċevut billi tikkompleta l-informazzjoni rilevanti li tinsab fl-Anness VII. Meta l-faċilità ta’ rkupru jew il-laboratorju ma jkollhomx aċċess għal sistema kif imsemmi fl-Artikolu 27, huma għandhom jipprovdu l-konferma permezz tal-persuna li torganizza l-vjeġġ.
|
|
Artikolu 18 9.
|
Il-faċilità ta’ rkupru għandha, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 30 jum wara li tiġi kompluta l-operazzjoni ta’ rkupru, u mhux aktar tard minn sena wara li tirċievi l-iskart, taħt ir-responsabbiltà tagħha, tipprovdi ċertifikat, li l-irkupru ġie komplut billi tikkompleta l-informazzjoni rilevanti li tinsab fl-Anness VII. Meta l-faċilità ta’ rkupru ma jkollhiex aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27, hija għandha tipprovdi ċ-ċertifikat permezz tal-persuna li torganizza l-vjeġġ.
|
|
Artikolu 18 10.
|
Il-vjeġġi kollha ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 4(4) u (5) għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit tal-konklużjoni ta’ kuntratt bejn il-persuna li torganizza l-vjeġġ u d-destinatarju għall-irkupru tal-iskart. Jekk id-destinatarju ma jkunx l-operatur tal-faċilità, il-kuntratt għandu jiġi ffirmat ukoll mill-operatur tal-faċilità. Il-kuntratt imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi konkluż u jkun effettiv mhux aktar tard minn meta d-dokument tal-Anness VII jiġi komplut f’konformità mal-paragrafu 5 u għandu jibqa’ effettiv għad-durata tal-vjeġġ sa ma jinħareġ ċertifikat f’konformità mal-paragrafu 9. Il-kuntratt għandu jkun konsistenti mad-dokumenti korrispondenti tal-Anness VII u mill-inqas ikun fih informazzjoni dwar il-persuna li torganizza l-vjeġġ, id-destinatarju u l-faċilità, l-identità tal-persuni li jirrapreżentaw kull parti, id-deskrizzjoni tal-iskart, il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-iskart, il-kwantità ta’ skart koperta mill-kuntratt, l-operazzjoni ta’ rkupru u l-perjodu ta’ validità tal-kuntratt. Il-kuntratt għandu jinkludi obbligu li meta l-vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru tiegħu ma jkunux jistgħu jiġu kkompletati kif maħsub jew meta jkunu saru bħala vjeġġ illegali, il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew, meta dik il-persuna ma tkunx f’pożizzjoni li tiżgura li l-vjeġġ jew l-irkupru tiegħu jistgħu jiġu kompletati, id-destinatarju, iridu jieħdu lura l-iskart jew jiżguraw li jiġi rkuprat b’mod alternattiv; u jekk ikun meħtieġ, li sadanittant jiġi maħżun.
|
|
Artikolu 18 11.
|
Il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju għandhom jipprovdu kopja tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 10 u ta’ kwalunkwe ftehim skont l-Artikolu 4(5) lill-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet fuq talba tagħhom.
|
|
Artikolu 18 12.
|
L-informazzjoni meħtieġa fl-Anness VII għandha tkun disponibbli għal finijiet ta’ spezzjoni, infurzar, ippjanar u statistika mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 27 u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
|
|
Artikolu 18 13.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 sa 9 għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali meta dak ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
|
|
Artikolu 18 14.
|
Meta l-iskart jiġi ttrasportat bejn żewġ stabbilimenti taħt il-kontroll tal-istess entità ġuridika, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 10 jista’ jiġi sostitwit b’dikjarazzjoni minn dik l-entità ġuridika. Dik id-dikjarazzjoni għandha tkopri mutatis mutandis l-obbligi msemmija fil-paragrafu 10.
|
|
Artikolu 18 15.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 80 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi struzzjonijiet dwar kif għandu jiġi kkompletat id-dokument Anness VII.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|