+Artikolu 18 10.

Artikolu 18 10.

Il-vjeġġi kollha ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 4(4) u (5) għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit tal-konklużjoni ta’ kuntratt bejn il-persuna li torganizza l-vjeġġ u d-destinatarju għall-irkupru tal-iskart. Jekk id-destinatarju ma jkunx l-operatur tal-faċilità, il-kuntratt għandu jiġi ffirmat ukoll mill-operatur tal-faċilità.

Il-kuntratt imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi konkluż u jkun effettiv mhux aktar tard minn meta d-dokument tal-Anness VII jiġi komplut f’konformità mal-paragrafu 5 u għandu jibqa’ effettiv għad-durata tal-vjeġġ sa ma jinħareġ ċertifikat f’konformità mal-paragrafu 9.

Il-kuntratt għandu jkun konsistenti mad-dokumenti korrispondenti tal-Anness VII u mill-inqas ikun fih informazzjoni dwar il-persuna li torganizza l-vjeġġ, id-destinatarju u l-faċilità, l-identità tal-persuni li jirrapreżentaw kull parti, id-deskrizzjoni tal-iskart, il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-iskart, il-kwantità ta’ skart koperta mill-kuntratt, l-operazzjoni ta’ rkupru u l-perjodu ta’ validità tal-kuntratt.

Il-kuntratt għandu jinkludi obbligu li meta l-vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru tiegħu ma jkunux jistgħu jiġu kkompletati kif maħsub jew meta jkunu saru bħala vjeġġ illegali, il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew, meta dik il-persuna ma tkunx f’pożizzjoni li tiżgura li l-vjeġġ jew l-irkupru tiegħu jistgħu jiġu kompletati, id-destinatarju, iridu jieħdu lura l-iskart jew jiżguraw li jiġi rkuprat b’mod alternattiv; u jekk ikun meħtieġ, li sadanittant jiġi maħżun.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit