+Artikolu 20 Żamma tad-dokumenti u tal-informazzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
|
Artikolu 20 Żamma tad-dokumenti u tal-informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti, in-notifikatur, id-destinatarju u l-faċilità li tirċievi l-iskart għandhom iżommu fl-Unjoni l-informazzjoni u d-dokumenti kollha sottomessi jew skambjati b’rabta ma’ vjeġġi nnotifikati għal mill-inqas ħames snin mid-data li fiha jkun ġie pprovdut ċertifikat f’konformità mal-Artikoli 15(4) jew 16(6). Fil-każ ta’ notifiki ġenerali f’konformità mal-Artikolu 13, l-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika mid-data li fiha jkun ġie pprovdut l-aħħar ċertifikat f’konformità mal-Artikoli 15(4) jew 16(6).
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 18 għandha tinżamm fl-Unjoni għal mill-inqas ħames snin mid-data li fiha jkun ġie pprovdut ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 18(9), mill-persuna li torganizza l-vjeġġ, mid-destinatarju u mill-faċilità li tirċievi l-iskart.
|
|
Artikolu 20 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu fl-Unjoni l-informazzjoni u d-dokumenti kollha sottomessi jew skambjati b’rabta ma’ vjeġġi illegali għal mill-inqas ħames snin mid-data li fiha jkun ġie komplut teħid lura jew irkupru jew rimi alternattiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|