+Artikolu 22 Teħid lura meta vjeġġ li jkun ingħata l-kunsens ma jkunx jista’ jitkompla kif intenzjonat
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
---+Artikolu 22 8.
---+Artikolu 22 9.
---+Artikolu 22 10.
---+Artikolu 22 11.
---+Artikolu 22 12.

Artikolu 22 Teħid lura meta vjeġġ li jkun ingħata l-kunsens ma jkunx jista’ jitkompla kif intenzjonat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
Meta kwalunkwe awtorità kompetenti kkonċernata ssir taf li xi vjeġġ ta’ skart, jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu, li għalih l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom, ma jistax jiġi komplut kif intenzjonat f’konformità mat-termini tad-dokumenti ta’ notifika u ta’ moviment jew tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 6, u meta tali vjeġġ ma jkunx illegali, tali awtorità għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ b’dan. Meta xi faċilità ta’ rkupru jew ta’ rimi tirrifjuta vjeġġ riċevut, hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.
Artikolu 22 2.
L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura li, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-iskart inkwistjoni jittieħed lura fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha jew xi mkien ieħor fil-pajjiż tad-dispaċċ min-notifikatur, jew, meta rilevanti, minn persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 11 jew 12, sabiex torganizza r-rimi jew l-irkupru tiegħu. Meta dan ma jkunx prattikabbli, dik l-awtorità kompetenti nnifisha jew persuna fiżika jew ġuridika f’isimha għandha tikkonforma ma’ dan l-Artikolu.

It-teħid lura msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jseħħ fi żmien 90 jum, jew tali perjodu ieħor li jista’ jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, wara li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf jew tiġi avżata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu li l-vjeġġ ta’ skart li ngħata l-kunsens jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu ma setgħux jiġu kkompletati kif intenzjonat u tkun ġiet informata bir-raġunijiet ta’ dan. Tali parir jista’ jirriżulta minn informazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu, fost l-oħrajn, minn awtoritajiet kompetenti oħra.

Artikolu 22 3.
L-obbligu ta’ teħid lura stabbilit fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni kkonċernati jkunu sodisfatti li l-iskart jista’ jiġi rkuprat jew mormi b’mod alternattiv fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew xi mkien ieħor min-notifikatur, jew, meta rilevanti, minn persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 11 jew 12, jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isimha.

L-obbligu ta’ teħid lura stabbilit fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-iskart ittrasportat, matul l-operazzjoni fil-faċilità kkonċernata, ikun tħallat b’mod irriversibbli ma’ skart ieħor, b’mod li l-kompożizzjoni jew in-natura tiegħu tkun inbidlet jew li l-iskart inkwistjoni ma jibqax possibbli li jiġi separat qabel ma awtorità kompetenti kkonċernata tkun saret taf bil-fatt li l-vjeġġ innotifikat ma jistax jiġi kkompletat kif imsemmi fil-paragrafu 1. Tali taħlita ta’ skart għandha tiġi rkuprata jew mormija b’mod alternattiv f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 22 4.
F’każijiet ta’ arranġamenti alternattivi kif imsemmi fil-paragrafu 3, in-notifikatur, jew, meta rilevanti, il-persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 11 jew 12, jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew il-persuna fiżika jew ġuridika f’isimha, għandhom jiżguraw li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 59.
Artikolu 22 5.
F’każijiet ta’ teħid lura kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaqblux li talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ hija biżżejjed.

Għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, meta xieraq, min-notifikatur inizjali jew, meta rilevanti, persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 11 jew 12 jew, jekk dak ukoll ma jkunx prattikabbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jopponu jew joġġezzjonaw ir-ritorn ta’ skart minn vjeġġ li ma jistax jiġi komplut kif intenzjonat jew għall-operazzjoni relatata ta’ rkupru jew ta’ rimi.

Artikolu 22 6.
F’każijiet ta’ arranġamenti alternattivi barra mill-pajjiż inizjali tad-destinazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, meta jkun xieraq, min-notifikatur inizjali jew, meta rilevanti, persuna li hija meqjusa n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 11 jew 12, jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha.

Meta tali notifika ġdida tiġi sottomessa min-notifikatur, din għandha tiġi sottomessa wkoll lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ.

Artikolu 22 7.
F’każijiet ta’ arranġamenti alternattivi fil-pajjiż tad-destinazzjoni inizjali kif imsemmi fil-paragrafu 3, ma għandhiex tkun meħtieġa notifika ġdida u talba debitament motivata għandha tkun biżżejjed. Tali talba debitament motivata, sabiex jintlaħaq qbil dwar l-arranġament alternattiv, għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ min-notifikatur inizjali jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.
Artikolu 22 8.
Jekk ma tiġi sottomessa l-ebda notifika ġdida f’konformità mal-paragrafu 5 jew 7, għandu jiġi kkompletat dokument ta’ moviment ġdid f’konformità mal-Artikolu 15 jew mal-Artikolu 16 min-notifikatur inizjali jew, meta rilevanti, persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 11 jew 12 jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isimha.

Jekk tiġi sottomessa notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ f’konformità mal-paragrafu 5 jew 6, ma għandhiex tkun meħtieġa garanzija finanzjarja ġdida jew assigurazzjoni ekwivalenti.

Artikolu 22 9.
L-obbligu tan-notifikatur jew, meta applikabbli, l-obbligu tal-pajjiż tad-dispaċċ li jieħu l-iskart lura jewli jagħmel arranġamenti għal irkupru jew rimi alternattiv għandu jintemmu meta l-faċilità toħroġ iċ-ċertifikat ta’ rkupru mhux interim jew ta’ rimi mhux interim imsemmi fl-Artikolu 16(6), jew, meta xieraq, fl-Artikolu 15(5). Fil-każ ta’ rkupru interim jew ta’ rimi interim imsemmija fl-Artikolu 7(6), l-obbligu tal-pajjiż tad-dispaċċ għandu jintemm meta l-faċilità toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(4).

Meta faċilità toħroġ ċertifikat ta’ rkupru jew ta’ rimi b’tali mod li jirriżulta fi vjeġġ illegali, bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja, għandhom japplikaw l-Artikolu 25(8) u l-Artikolu 26(2).

Artikolu 22 10.
Meta skart minn vjeġġ li ma jistax jiġi kkompletat kif intenzjonat, jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu, jiġi skopert fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti b’ġuriżdizzjoni fuq iż-żona fejn kien skopert l-iskart għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li jsiru arranġamenti għall-ħżin sikur tal-iskart, sakemm isir ir-ritorn tiegħu jew l-irkupru mhux interim jew ir-rimi mhux interim tiegħu b’mod alternattiv.
Artikolu 22 11.
Meta notifikatur speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(iv), jonqos milli jwettaq xi wieħed mill-obbligi ta’ teħid lura stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 24, il-produttur tal-iskart oriġinali, il-produttur il-ġdid tal-iskart jew il-kollettur speċifikati fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(i), (ii) jew (iii), rispettivament, li awtorizza lin-negozjant jew lis-sensar biex jaġixxi f’ismu għandu jitqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
Artikolu 22 12.
Meta notifikatur speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(i), (ii) jew (iii), jonqos milli jwettaq kwalunkwe obbligu ta’ teħid lura stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 24, id-detentur tal-iskart speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(v), għandu jitqies li huwa n-notifikatur għall-fini ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit