+Artikolu 22 3.
|
Artikolu 22 3.
L-obbligu ta’ teħid lura stabbilit fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni kkonċernati jkunu sodisfatti li l-iskart jista’ jiġi rkuprat jew mormi b’mod alternattiv fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew xi mkien ieħor min-notifikatur, jew, meta rilevanti, minn persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 11 jew 12, jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew minn persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isimha. L-obbligu ta’ teħid lura stabbilit fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-iskart ittrasportat, matul l-operazzjoni fil-faċilità kkonċernata, ikun tħallat b’mod irriversibbli ma’ skart ieħor, b’mod li l-kompożizzjoni jew in-natura tiegħu tkun inbidlet jew li l-iskart inkwistjoni ma jibqax possibbli li jiġi separat qabel ma awtorità kompetenti kkonċernata tkun saret taf bil-fatt li l-vjeġġ innotifikat ma jistax jiġi kkompletat kif imsemmi fil-paragrafu 1. Tali taħlita ta’ skart għandha tiġi rkuprata jew mormija b’mod alternattiv f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|