+Artikolu 26 Spejjeż għat-teħid lura meta vjeġġ ikun illegali
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.

Artikolu 26 Spejjeż għat-teħid lura meta vjeġġ ikun illegali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.

L-ispejjeż li jirriżultaw mit-teħid lura jew l-irkupru jew ir-rimi b’mod alternattiv ta’ skart minn vjeġġ illegali, inklużi l-ispejjeż għat-trasport tal-iskart, għall-irkupru jew għar-rimi tiegħu, skont l-Artikolu 25(2) jew (3) u, mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ huwa illegali, l-ispejjeż tal-ħżin skont l-Artikolu 25(12), għandhom jiġu ddebitati:

(a) 

lin-notifikatur jew lil persuna meqjusa li hija n-notifikatur kif imsemmi fl-Artikolu 25(2), il-punt (a); jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (c); jew, jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda notifika, f’konformità mal-punt (b);

(b) 

lill-persuna meqjusa li hija n-notifikatur, kif imsemmi fl-Artikolu 25(2), il-punt (b), jew lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, kif xieraq; jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (c);

(c) 

lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.

Artikolu 26 2.
L-ispejjeż li jirriżultaw mill-irkupru jew mir-rimi skont l-Artikolu 25(8), inklużi l-ispejjeż possibbli tat-trasport u tal-ħżin skont l-Artikolu 25(12), għandhom jiġu ddebitati lid-destinatarju; jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.
Artikolu 26 3.

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-irkupru jew mir-rimi skont l-Artikolu 25(10), inklużi l-ispejjeż possibbli tat-trasport u tal-ħżin skont l-Artikolu 25(12), għandhom jiġu ddebitati:

(a) 

lin-notifikatur jew lill-persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-Artikolu 25(2), il-punt (b), mal-Artikolu 25(6) jew mal-Artikolu 25(7), jew lid-destinatarju, jew lit-tnejn li huma, skont id-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati; jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (b);

(b) 

lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra kif xieraq; jew, jekk dak ukoll ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (c);

(c) 

lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni.

Artikolu 26 4.
F’każijiet meta notifika tkun ġiet sottomessa u n-notifikatur ma jissodisfax ir-responsabbiltajiet tiegħu għall-ispejjeż li jkunu qed jintalbu, il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 7 għandha tintuża qabel ma jiġu ddebitati l-ispejjeż skont il-paragrafi 1, 2 jew 3 lil xi ħadd għajr in-notifikatur jew id-destinatarju rispettivament. Meta l-ispejjeż jaqbżu l-ammont tal-kopertura pprovduta mill-garanzija finanzjarja jew mill-assigurazzjoni ekwivalenti, l-ispejjeż għandhom jiġu ddebitati f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3.
Artikolu 26 5.
Jekk vjeġġ ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 4(4) jew (5) jitqies li huwa vjeġġ illegali, dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-persuna li torganizza l-vjeġġ u għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
Artikolu 26 6.
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit