|
+Artikolu 27 1. |
Artikolu 27 1.L-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu sottomessi u skambjati b’mezzi elettroniċi, permezz tal-hub tas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 jew permezz ta’ sistemi interoperabbli jew software oħra disponibbli f’konformità mal-paragrafu 4:
(a)
għal skart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) (2) u (3):
(i)
notifika ta’ vjeġġ skont l-Artikoli 5 u 13;
(ii)
talbiet għal informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikoli 5 u 8;
(iii)
informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikoli 5 u 8;
(iv)
informazzjoni u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 8;
(v)
deċiżjonijiet rigward vjeġġ innotifikat u, jekk applikabbli rtirar ta’ kunsens skont l-Artikolu 9;
(vi)
informazzjoni u kundizzjonijiet għal vjeġġ skont l-Artikolu 10;
(vii)
informazzjoni skont l-Artikolu 11;
(viii)
informazzjoni u oġġezzjonijiet għal vjeġġ skont l-Artikolu 12;
(ix)
informazzjoni dwar deċiżjonijiet biex jinħarġu kunsensi minn qabel lil faċilitajiet ta’ rkupru speċifiċi skont l-Artikolu 14(8) u (10);
(x)
informazzjoni u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 14(12) u(15);
(xi)
konfermi tar-riċeviment ta’ skart skont l-Artikoli 15 u 16;
(xii)
ċertifikati għall-irkupru jew għar-rimi skont l-Artikoli 15 u 16;
(xiii)
informazzjoni minn qabel rigward il-bidu ta’ vjeġġ skont l-Artikolu 16;
(xiv)
id-dokumenti li għandhom isiru disponibbli f’konformità mal-Artikolu 16;
(xv)
informazzjoni skont l-Artikolu 17;
(b)
għal skart imsemmi fl-Artikolu 4(4) u (5), l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, il-konferma u ċ-ċertifikati skont l-Artikolu 18;
(c)
informazzjoni u dokumenti relatati mal-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali skont l-Artikoli 34 u 35 u t-Titoli IV, V u VI, meta applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|