+Artikolu 27 Sottomissjoni u skambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
|
Artikolu 27 Sottomissjoni u skambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
L-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu sottomessi u skambjati b’mezzi elettroniċi, permezz tal-hub tas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 jew permezz ta’ sistemi interoperabbli jew software oħra disponibbli f’konformità mal-paragrafu 4:
(a)
għal skart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) (2) u (3):
(i)
notifika ta’ vjeġġ skont l-Artikoli 5 u 13;
(ii)
talbiet għal informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikoli 5 u 8;
(iii)
informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikoli 5 u 8;
(iv)
informazzjoni u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 8;
(v)
deċiżjonijiet rigward vjeġġ innotifikat u, jekk applikabbli rtirar ta’ kunsens skont l-Artikolu 9;
(vi)
informazzjoni u kundizzjonijiet għal vjeġġ skont l-Artikolu 10;
(vii)
informazzjoni skont l-Artikolu 11;
(viii)
informazzjoni u oġġezzjonijiet għal vjeġġ skont l-Artikolu 12;
(ix)
informazzjoni dwar deċiżjonijiet biex jinħarġu kunsensi minn qabel lil faċilitajiet ta’ rkupru speċifiċi skont l-Artikolu 14(8) u (10);
(x)
informazzjoni u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 14(12) u(15);
(xi)
konfermi tar-riċeviment ta’ skart skont l-Artikoli 15 u 16;
(xii)
ċertifikati għall-irkupru jew għar-rimi skont l-Artikoli 15 u 16;
(xiii)
informazzjoni minn qabel rigward il-bidu ta’ vjeġġ skont l-Artikolu 16;
(xiv)
id-dokumenti li għandhom isiru disponibbli f’konformità mal-Artikolu 16;
(xv)
informazzjoni skont l-Artikolu 17;
(b)
għal skart imsemmi fl-Artikolu 4(4) u (5), l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, il-konferma u ċ-ċertifikati skont l-Artikolu 18;
(c)
informazzjoni u dokumenti relatati mal-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali skont l-Artikoli 34 u 35 u t-Titoli IV, V u VI, meta applikabbli.
|
|
Artikolu 27 2.
|
Sabiex il-lista ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni, meħtieġa skont il-paragrafu 1, tinżamm aġġornata ma’ kwalunkwe bidla fis-sistemi għall-iskambju u s-sottomissjoni b’mezzi elettroniċi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex temenda l-paragrafu 1 sabiex temenda l-lista ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni.
|
|
Artikolu 27 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tħaddem sistema ċentrali li tippermetti s-sottomissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti b’mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi hub li għandu jintuża għall-iskambju f’ħin reali tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 bejn is-sistemi jew is-software disponibbli għall-iskambju tad-data b’mezzi elettroniċi. Il-hub imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintuża wkoll għall-iskambju f’ħin reali ta’ informazzjoni u dokumenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu tramite pajjiżi terzi, esportazzjoni mill-Unjoni, importazzjoni fl-Unjoni u tranżitu tramite l-Unjoni, fejn l-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċji doganali tal-esportazzjoni, tal-ħruġ u tad-dħul, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi f’pajjiżi terzi jikkonnettjaw ma’ dak il-hub permezz ta’ sistema jew software disponibbli, f’liema każ il-paragrafu 4 għandu japplika mutatis mutandis, jew permezz tas-sit web imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi wkoll sit web għat-tħejjija u l-ipproċessar tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għal vjeġġi fl-Unjoni, għal vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu tramite pajjiżi terzi, li jesportaw mill-Unjoni, li jimportaw fl-Unjoni u li jkollhom tranżitu tramite l-Unjoni. Tali sit web jista’ jintuża wkoll mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi li ma jużawx sistemi jew software għall-iskambju tad-data b’mezzi elettroniċi, sabiex jissottomettu u jiskambjaw direttament, b’mezzi elettroniċi, l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. Is-software msemmi fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi għandu jkun interoperabbli mas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3, jiskambja informazzjoni u dokumenti permezz ta’ dik is-sistema ċentrali f’ħin reali u jitħaddem f’konformità mar-rekwiżiti u r-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. Is-sistema ċentrali għandha tiffaċilita ż-żamma tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 20. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprevedi wkoll l-interoperabbiltà tagħha mal-ambjent għall-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2020/1056. Fi żmien erba’ snin mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni ta’ dik is-sistema ċentrali mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2022/2399.
|
|
Artikolu 27 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jħaddmu s-sistemi jew is-software disponibbli tagħhom stess li jippermettu t-tħejjija u l-ipproċessar tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u, meta xieraq, l-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri u għas-sottomissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti b’mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-sistemi u s-software jkunu interoperabbli mas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3, li jitħaddmu f’konformità mar-rekwiżiti u mar-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 u li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti permezz tal-hub tas-sistema ċentrali f’ħin reali. Is-sistemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiffaċilitaw iż-żamma tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 20.
|
|
Artikolu 27 5.
|
Sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi:
(a)
ir-rekwiżiti meħtieġa għall-interoperabbiltà bejn is-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 u sistemi jew software oħra msemmija fil-paragrafu 4, inkluż protokoll għall-iskambju tad-data u mudell għall-iskambju ta’ data imsemmi fl-Annessi IA, IB u VII, kif ukoll iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15;
(b)
kwalunkwe rekwiżit tekniku u organizzattiv ieħor, inkluż dwar aspetti ta’ sigurtà, governanza tad-data u kunfidenzjalità tad-data, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni prattika tas-sottomissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti b’mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqies ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2).
|
|
Artikolu 27 6.
|
Il-funzjonalità tas-sistema ċentrali għandha tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni kull sentejn. Is-sejbiet ta’ dawk ir-rieżamijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri. Ir-rieżami għandu jqis ir-rispons minn utenti, bħall-awtoritajiet kompetenti u n-notifikaturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|