|
+Artikolu 40 4. |
Artikolu 40 4.Fil-każ ta’ esportazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis. Meta tali esportazzjonijiet ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tiżgura li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-faċilità skont l-Artikolu 18(8) u (9) tiġi sottomessa permezz ta’ sistema msemmija fl-Artikolu 27, sakemm il-faċilità ma tkunx konnessa ma’ sistema msemmija fl-Artikolu 27. Meta tali esportazzjonijiet ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 38 għandhom japplikaw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)
l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 14 ma għandhomx japplikaw;
(b)
meta t-tneħħija mil-lista msemmija fl-Artikolu 41 ta’ pajjiż jew ta’ ċertu skart jew taħlitiet ta’ skart tkun daħlet fis-seħħ, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tirtira l-kunsens tagħha bil-miktub għal kwalunkwe notifika relatata ma’ tali pajjiż jew ma’ tali skart jew taħlitiet ta’ skart. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|