+Artikolu 42 Rekwiżiti għall-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.

Artikolu 42 Rekwiżiti għall-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.
Il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li beħsiebhom jirċievu ċertu skart jew taħlitiet ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 40(1) mill-Unjoni għall-irkupru għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni fejn jindikaw ir-rieda tagħhom li jirċievu dak l-iskart speċifiku jew dawk it-taħlitiet speċifiċi ta’ skart u li jiġu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41. Tali talba u kull dokumentazzjoni relatata jew komunikazzjoni oħra għandhom jiġu pprovduti bil-lingwa Ingliża.
Artikolu 42 2.
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness VIII u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata hemmhekk.
Artikolu 42 3.
Il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri li jkun stabbilixxa u qed jimplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-iskart ikkonċernat ser jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59.

Għal dak l-għan, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri li:

(a) 

għandu strateġija komprensiva jew pjan komprensiv għall-immaniġġjar tal-iskart li jkopru t-territorju kollu tiegħu u juri l-kapaċità u r-rieda tiegħu li jiżgura l-ġestjoni tal-iskart li tħares l-ambjent. Dik l-istrateġija jew dak il-pjan għandhom jinkludu, mill-inqas, l-elementi li ġejjin:

(i) 

il-kwantità annwali ta’ skart totali ġġenerat fil-pajjiż, kif ukoll il-kwantità annwali ta’ skart kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba tiegħu (“skart ikkonċernat mit-talba”) iġġenerat fil-pajjiż, u kif dawk il-kwantitajiet huma stmati li jiżviluppaw fl-10 snin li ġejjin;

(ii) 

stima tal-kapaċità attwali għat-trattament tal-iskart b’mod ġenerali, kif ukoll stima tal-kapaċità għat-trattament tal-iskart kopert mit-talba, u kif dawk il-kapaċitajiet huma stmati li jiżviluppaw fl-10 snin li ġejjin;

(iii) 

il-proporzjon ta’ ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ li jinġabar b’mod separat, kif ukoll kwalunkwe objettiv u miżura biex dak il-proporzjon jiżdied fil-futur;

(iv) 

indikazzjoni tal-proporzjon tal-i ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ kopert mit-talba li jintrema f’landfills, kif ukoll kwalunkwe objettiv u miżura biex dak il-proporzjon jitnaqqas fil-futur;

(v) 

indikazzjoni tal-proporzjon tal-i ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ li jiġi riċiklat, u l-objettivi u l-miżuri possibbli biex dak il-proporzjon jiżdied fil-futur;

(vi) 

informazzjoni dwar il-kwantità ta’ skart li jintrema bħala żibel u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u t-tindif taż-żibel;

(vii) 

strateġija dwar kif tiġi żgurata l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart importat fit-territorju tiegħu, inkluż l-impatt possibbli ta’ tali importazzjoni fuq l-immaniġġjar tal-i ►C1  skart iġġenerat nazzjonalment ◄ ;

(viii) 

informazzjoni dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu tad-data msemmija fil-punti (i) sa (vi);

(b) 

għandu qafas legali għall-immaniġġjar tal-iskart fis-seħħ, li jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(i) 

sistema jew sistemi ta’ permessi, ta’ liċenzjar jew ta’ reġistrazzjoni għall-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart;

(ii) 

sistema jew sistemi ta’ permessi, ta’ liċenzjar jew ta’ reġistrazzjoni għat-trasport tal-iskart;

(iii) 

dispożizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-iskart residwu ġġenerat permezz tal-operazzjoni ta’ rkupru għall-iskart ikkonċernat mit-talba jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59;

(iv) 

kontrolli adegwati tat-tniġġis li japplikaw għall-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, inklużi limiti tal-emissjonijiet għall-protezzjoni tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma u miżuri maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn dawk l-operazzjonijiet;

(v) 

dispożizzjonijiet dwar l-infurzar, l-ispezzjoni u l-penali maħsuba biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti domestiċi u internazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart;

(c) 

ikun Parti għall-ftehimiet ambjentali multilaterali msemmija fl-Anness VIII, u jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta l-obbligi tiegħu skont dawk il-ftehimiet;

(d) 

stabbilixxa strateġija għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni domestika dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart, li tkopri miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta’ spezzjonijiet tal-vjeġġi ta’ skart u tal-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart imwettqa u dwar il-penali imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli domestiċi rilevanti.

Artikolu 42 4.
Mhux qabel il-21 ta’ Mejju 2029, il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li beħsiebhom jirċievu skart tal-plastik imsemmi fl-Artikolu 39(1)(d) mill-Unjoni għar-riċiklaġġ jistgħu jissottomettu talba lill-Kummissjoni fejn jindikaw ir-rieda tagħhom li jirċievu tali skart u li jiġu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41. Tali talba u kull dokumentazzjoni relatata jew komunikazzjoni oħra għandhom jiġu pprovduti bil-lingwa Ingliża.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri wkoll dan kollu li ġej:

(a) 

li għandu sistema komprensiva ta’ mmaniġġjar tal-iskart fis-seħħ li tkopri t-territorju kollu tiegħu u tiżgura b’mod effettiv il-ġbir separat tal-iskart tal-plastik;

(b) 

li għandu qafas legali għall-immaniġġjar tal-iskart fis-seħħ, li jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(i) 

il-projbizzjoni ta’ ħruq fil-miftuħ u ta’ rimi mhux ikkontrollat ta’ skart f’landfills;

(ii) 

il-projbizzjoni tal-inċinerazzjoni u tar-rimi f’landfills ta’ skart tal-plastik miġbur separatament;

(iii) 

dispożizzjonijiet dwar l-infurzar, l-ispezzjoni u l-penali mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b)(i) u (ii);

(c) 

li l-importazzjonijiet tal-iskart tal-plastik mill-Unjoni ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq l-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik iġġenerat fil-pajjiż.

Artikolu 42 5.
Fil-każ ta’ xi bidla fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3, il-pajjiżi inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41 għandhom jipprovdu aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-formola stabbilita fl-Anness VIII, flimkien mal-evidenza ta’ sostenn rilevanti mingħajr dewmien. Il-pajjiżi inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41 għandhom fi kwalunkwe każ, fil-ħames sena wara l-inklużjoni inizjali tagħhom, jipprovdu lill-Kummissjoni aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-formola stabbilita fl-Anness VIII, flimkien mal-evidenza ta’ sostenn rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit