|
+Artikolu 42 4. |
Artikolu 42 4.Mhux qabel il-21 ta’ Mejju 2029, il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li beħsiebhom jirċievu skart tal-plastik imsemmi fl-Artikolu 39(1)(d) mill-Unjoni għar-riċiklaġġ jistgħu jissottomettu talba lill-Kummissjoni fejn jindikaw ir-rieda tagħhom li jirċievu tali skart u li jiġu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41. Tali talba u kull dokumentazzjoni relatata jew komunikazzjoni oħra għandhom jiġu pprovduti bil-lingwa Ingliża. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri wkoll dan kollu li ġej:
(a)
li għandu sistema komprensiva ta’ mmaniġġjar tal-iskart fis-seħħ li tkopri t-territorju kollu tiegħu u tiżgura b’mod effettiv il-ġbir separat tal-iskart tal-plastik;
(b)
li għandu qafas legali għall-immaniġġjar tal-iskart fis-seħħ, li jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(i)
il-projbizzjoni ta’ ħruq fil-miftuħ u ta’ rimi mhux ikkontrollat ta’ skart f’landfills;
(ii)
il-projbizzjoni tal-inċinerazzjoni u tar-rimi f’landfills ta’ skart tal-plastik miġbur separatament;
(iii)
dispożizzjonijiet dwar l-infurzar, l-ispezzjoni u l-penali mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b)(i) u (ii);
(c)
li l-importazzjonijiet tal-iskart tal-plastik mill-Unjoni ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq l-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik iġġenerat fil-pajjiż. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|