+Artikolu 44 Reġim ġenerali għall-esportazzjonijiet tal-iskart
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.
---+Artikolu 44 7.
---+Artikolu 44 8.
|
Artikolu 44 Reġim ġenerali għall-esportazzjonijiet tal-iskart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
Meta l-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(2) sa (5) jiġi esportat mill-Unjoni u jkun destinat għall-irkupru f’pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, bi jew mingħajr tranżitu tramite pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali elenkati fil-paragrafi 2, 3, 4 u 6.
|
|
Artikolu 44 2.
|
Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)
in-notifikatur għandu jipprovdi, annessa mad-dokument ta’ notifika, evidenza dokumentata li awditu kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) twettaq fil-faċilità fejn l-iskart ikun qed jiġi esportat, sakemm ma tapplikax l-eżenzjoni fl-Artikolu 46(11);
(b)
taħlitiet ta’ skart elenkat fl-Anness IIIA destinati għal operazzjoni interim għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel jekk tkun se ssir kwalunkwe operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew operazzjoni sussegwenti ta’ rimi mhux interim f’pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD;
(c)
l-iskart ikklassifikat taħt l-entrata B3011 għandu jkun soġġett għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;
(d)
l-iskart elenkat fl-Anness IIIB u l-vjeġġi ta’ skart destinat għal provi ta’ trattament sperimentali msemmija fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;
(e)
il-vjeġġi ta’ skart destinat għal analiżi fil-laboratorju msemmija fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, sakemm il-kwantità ta’ tali skart ma tkunx ġiet iddeterminata abbażi tal-kwantità minima raġonevolment meħtieġa biex l-analiżi titwettaq b’mod adegwat f’kull każ partikolari, u ma taqbiżx il-25 kg, f’liema każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali tal-Artikolu 18;
▼M2
(f)
l-esportazzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tkun ipprojbita, ħlief lejn l-Iżvizzera;
▼B
(g)
il-kunsens kif meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 9 jista’ jiġi pprovdut fil-forma ta’ kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni barra mill-Unjoni;
(h)
il-kunsens għal vjeġġ ta’ ċertu skart f’konformità mal-Artikolu 9 għandu jiġi rtirat mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ meta jidħol fis-seħħ att delegat f’konformità mal-Artikolu 45(6) li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ tali skart lejn il-pajjiż ikkonċernat;
(i)
il-faċilità msemmija fl-Artikoli 15(3) u 16(5) għandha tipprovdi l-konferma rispettiva fi żmien 3 ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-iskart.
|
|
Artikolu 44 3.
|
Fir-rigward ta’ esportazzjonijiet tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(2), għandhom japplikaw l-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali elenkati fl-Artikolu 38(2), il-punti (a) sa (e), u fl-Artikolu 38(3), il-punti (b) sa (g).
|
|
Artikolu 44 4.
|
Fir rigward ta’ esportazzjonijiet tal-iskart elenkat imsemmi fl-Artikolu 4(4), il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tiżgura li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-faċilità f’konformità mal-Artikolu 18(8) u (9) tiġi inkluża f’sistema msemmija fl-Artikolu 27, sakemm dawk il-faċilitajiet ma jkunux konnessi ma’ sistema msemmija fl-Artikolu 27.
|
|
Artikolu 44 5.
|
Il-vjeġġ ta’ skart soġġett għan-notifika u għall-kunsens bil-miktub minn qabel jista’ jsir biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, tat-tranżitu jew l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tat-tranżitu barra mill-Unjoni jkunu pprovdew kunsens taċitu jew ikun jista’ jiġi preżunt tali kunsens taċitu u jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk il-kunsensi jew fl-annessi tagħhom;
(b)
ikun hemm konformità mal-Artikolu 38(4), il-punt (b).
|
|
Artikolu 44 6.
|
Meta esportazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(2) tkun fi tranżitu tramite pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)
l-awtorità kompetenti tat-tranżitu tal-pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD għandu jkollha 60 jum midd-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kkompletata kif suppost, biex tipprovdi, meta l-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;
(b)
l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tagħti kunsens għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens taċitu jew bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti tat-tranżitu ta’ pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kkompletata kif suppost minn awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx irċeviet il-kunsens bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra, u f’dak il-każ tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 qabel dak il-limitu ta’ żmien.
|
|
Artikolu 44 7.
|
Meta l-iskart jiġi esportat, dan għandu jiġi destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru f’faċilità li, taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, tkun qed topera jew tkun awtorizzata topera fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
|
|
Artikolu 44 8.
|
L-Artikolu 38(6) għandu japplika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|