+Artikolu 44 2.

Artikolu 44 2.

Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:

(a) 

in-notifikatur għandu jipprovdi, annessa mad-dokument ta’ notifika, evidenza dokumentata li awditu kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) twettaq fil-faċilità fejn l-iskart ikun qed jiġi esportat, sakemm ma tapplikax l-eżenzjoni fl-Artikolu 46(11);

(b) 

taħlitiet ta’ skart elenkat fl-Anness IIIA destinati għal operazzjoni interim għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel jekk tkun se ssir kwalunkwe operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew operazzjoni sussegwenti ta’ rimi mhux interim f’pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD;

(c) 

l-iskart ikklassifikat taħt l-entrata B3011 għandu jkun soġġett għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;

(d) 

l-iskart elenkat fl-Anness IIIB u l-vjeġġi ta’ skart destinat għal provi ta’ trattament sperimentali msemmija fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;

(e) 

il-vjeġġi ta’ skart destinat għal analiżi fil-laboratorju msemmija fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, sakemm il-kwantità ta’ tali skart ma tkunx ġiet iddeterminata abbażi tal-kwantità minima raġonevolment meħtieġa biex l-analiżi titwettaq b’mod adegwat f’kull każ partikolari, u ma taqbiżx il-25 kg, f’liema każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali tal-Artikolu 18;

▼M2

(f) 

l-esportazzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tkun ipprojbita, ħlief lejn l-Iżvizzera;

▼B

(g) 

il-kunsens kif meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 9 jista’ jiġi pprovdut fil-forma ta’ kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni barra mill-Unjoni;

(h) 

il-kunsens għal vjeġġ ta’ ċertu skart f’konformità mal-Artikolu 9 għandu jiġi rtirat mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ meta jidħol fis-seħħ att delegat f’konformità mal-Artikolu 45(6) li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ tali skart lejn il-pajjiż ikkonċernat;

(i) 

il-faċilità msemmija fl-Artikoli 15(3) u 16(5) għandha tipprovdi l-konferma rispettiva fi żmien 3 ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-iskart.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit