+Artikolu 44 6.

Artikolu 44 6.

Meta esportazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(2) tkun fi tranżitu tramite pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:

(a) 

l-awtorità kompetenti tat-tranżitu tal-pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD għandu jkollha 60 jum midd-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kkompletata kif suppost, biex tipprovdi, meta l-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;

(b) 

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tagħti kunsens għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens taċitu jew bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti tat-tranżitu ta’ pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kkompletata kif suppost minn awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx irċeviet il-kunsens bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra, u f’dak il-każ tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 qabel dak il-limitu ta’ żmien.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit