+Artikolu 63 Penali
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
|
Artikolu 63 Penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 63 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dawn li ġejjin, kif applikabbli:
(a)
in-natura, is-serjetà u l-kobor tal-ksur;
(b)
meta jkun xieraq, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;
(c)
il-kapaċità finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli;
(d)
il-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur għall-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)
il-ħsara ambjentali kkawżata mill-ksur;
(f)
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli biex ittaffi jew tirrimedja l-ħsara kkawżata;
(g)
il-karattru ripetittiv jew uniku tal-ksur;
(h)
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
|
|
Artikolu 63 3.
|
L-Istati Membri għandhom mill-anqas ikunu jistgħu jimponu l-penali li ġejjin f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, meta rilevanti:
(b)
ir-revoka jew is-sospensjoni limitata fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-immaniġġjar u l-vjeġġi tal-iskart, sa fejn dawn l-attivitajiet jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(c)
l-esklużjoni limitata fiż-żmien mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku.
|
|
Artikolu 63 4.
|
L-Istati Membri, mingħajr dewmien, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|