Artikolu 64
Kooperazzjoni fl-infurzar fil-livell nazzjonali
L-Istati Membri għandhom iżommu jew jistabbilixxu, fir-rigward tal-awtoritajiet rilevanti kollha involuti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom, inklużi l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet, mekkaniżmi effettivi biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jikkoordinaw domestikament fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet ta’ infurzar biex jindirizzaw il-vjeġġi illegali ta’ skart, inkluż għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ spezzjoni.