|
+ANNESS II INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA |
ANNESS II INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA
ANNESS II INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA Parti 1: Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta jiġi sottomess id-dokument ta’ notifika:
1.
In-numru tas-serje jew identifikatur ieħor aċċettat tad-dokument tan-notifika u n-numru totali previst ta’ vjeġġi. F’każ li n-notifikatur ikun kiseb il-kunsens(i) preċedentement għall-vjeġġ tal-istess tipi ta’ skart lejn l-istess faċilità, tista’ ssir referenza għan-numru tas-serje jew identifikatur ieħor aċċettat tad-dokument ta’ notifika ta’ dawn il-vjeġġi li jkunu ingħataw il-kunsens preċedentement. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9(2a), f’każ li n-notifikatur ikun preċedentement kiseb il-kunsens(i) għall-vjeġġ tal-istess tipi ta’ skart mill-istess post fil-pajjiż tad-dispaċċ lill-istess destinatarju u l-istess faċilità u meta l-pajjiżi tat-tranżitu, jekk ikun hemm, ikunu l-istess, in-notifikatur għandu jindika n-numru tas-serje jew identifikatur aċċettat ieħor tad-dokument ta’ notifika ta’ dawn il-vjeġġi li għalihom ikun preċedentement kiseb il-kunsens. Barra minn hekk, bidliet fid-dettalji ta’ notifika ġdida meta mqabbla ma’ tali vjeġġ li jkun preċedentement ingħata l-kunsens għandhom jiġu indikati fin-notifika.
2.
L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-persuna ta’ kuntatt tan-notifikatur.
3.
Jekk in-notifikatur mhuwiex il-produttur oriġinali tal-iskart jew il-produttur il-ġdid jew il-kollettur tal-iskart: l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email u l-persuna ta’ kuntatt tal-produttur(i) oriġinali tal-iskart jew tal-produttur(i) il-ġdid/ġodda jew tal-kolletturi tal-iskart jew tad-detenturi tal-iskart.
4.
L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email u l-persuna ta’ kuntatt tan-negozjant(i) jew tas-sensar(a), fejn in-notifikatur ikun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu f’konformità mal-Artikolu 3, il-punt (6).
5.
L-indirizz tal-post li minnu jibda l-vjeġġ, l-isem tal-persuna responsabbli għal dan il-post u, jekk differenti mill-persuni msemmija fil-punti 2 sa 4, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email u l-persuna ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għal dan il-post.
6.
L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-faċilità tar-rimi jew tal-irkupru, u l-persuna li tista’ tiġi kuntattjata f’ismu, it-teknoloġija użata u l-istatus eventwali skont il-kunsens mogħti minn qabel f’konformità mal-Artikolu 14. Jekk l-iskart ikun iddestinat għal operazzjoni ta’ rkupru interim jew ta’ rimi interim, għandha tiġi indikata informazzjoni korrispondenti dwar il-faċilitajiet kollha fejn ikunu previsti operazzjonijiet sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew ta’ rimi interim jew mhux interim. Evidenza tal-permess tal-faċilità f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/98/KE, jew jekk il-faċilità ta’ rimi jew irkupru tkun elenkata fl-Anness I, Kategorija 5, tad-Direttiva 2010/75/UE, għandha tiġi pprovduta evidenza (eż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu) ta’ permess validu maħruġ f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 ta’ dik id-Direttiva.
7.
L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-persuna ta’ kuntatt tad-destinatarju.
8.
L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-email, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-persuna ta’ kuntatt tat-trasportatur(i) previst(i) u/jew tal-aġenti tagħhom.
9.
Il-pajjiż tad-dispaċċ u l-awtorità kompetenti rilevanti.
10.
Il-pajjiżi tat-tranżitu u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
11.
Il-pajjiż tad-destinazzjoni u l-awtorità kompetenti rilevanti.
12.
Notifika unika jew notifika ġenerali. Jekk notifika ġenerali, il-perjodu ta’ validità mitlub.
13.
Data/dati prevista/previsti għall-bidu tal-vjeġġ(i).
14.
Mezzi tat-trasport previsti.
15.
Rotot magħżula previsti u rotta prevista, meta possibbli inklużi l-alternattivi possibbli.
16.
Evidenza tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasport tal-iskart (eż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha).
17.
Indikazzjoni tat-tip tal-iskart fil-lista pertinenti, is-sors(i), deskrizzjoni, kompożizzjoni u kwalunkwe karatteristika perikoluża. Fil-każ ta’ skart minn diversi sorsi, inventarju dettaljat tal-iskart ukoll.
18.
Kwantitajiet massimi u minimi stmati.
19.
Tip ta’ imballaġġ previst.
20.
Speċifikazzjoni tal-operazzjoni(jiet) ta’ rkupru jew ta’ rimi kif imsemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/98/KE.
21.
Jekk l-iskart ikun iddestinat għall-irkupru:
(a)
il-metodu ppjanat għar-rimi tal-frazzjoni li mhijiex rekuperabbli wara l-irkupru;
(b)
il-kwantità ta’ materjal irkuprat fir-rigward ta’ skart li ma jistax jiġi rkuprat;
(c)
il-valur stmat tal-materjal irkuprat;
(d)
il-kost tal-irkupru u l-kost tar-rimi tal-frazzjoni li mhijiex rekuperabbli.
22.
Jekk l-iskart ikun destinat għar-rimi, evidenza li turi li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11(1)(a) huma ssodisfati.
23.
Kopja tal-kuntratt u dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu bejn in-notifikatur, id-destinatarju u l-operatur tal-faċilità fejn l-iskart jiġi rkuprat jew mormi, li ġie konkluż u li jkun effettiv fiż-żmien tan-notifika, kif meħtieġ fl-Artikolu 5(6) u fl-Artikolu 6.
24.
Kopja tal-kuntratt u dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu bejn il-produttur tal-iskart, il-produttur il-ġdid tal-iskart jew il-kollettur u s-sensar jew in-negozjant, fil-każ li s-sensar jew in-negozjant jaġixxi bħala notifikatur.
25.
Evidenza ta’ garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha jekk l-awtorità kompetenti tippermetti hekk) li ġiet stabbilita u li tkun effettiva fiż-żmien tan-notifika jew, jekk ikun permess mill-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti, mhux aktar tard minn meta jimtela d-dokument ta’ moviment skont l-Artikolu 16(2), kif meħtieġ fl-Artikolu 5(7) u fl-Artikolu 7.
26.
Dikjarazzjoni tan-notifikatur li n-notifikatur ma ġiex ikkundannat li wettaq vjeġġ illegali jew għal kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-protezzjoni ambjentali jew tas-saħħa tal-bniedem, u ma naqasx ripetutament milli jikkonforma mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi li saru, fil-5 snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika.
27.
Ċertifikazzjoni min-notifikatur li, sa fejn jaf huwa, l-informazzjoni hija kompleta u korretta. Parti 2: Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fid-dokument ta’ moviment jew li għandha tiġi annessa miegħu: Ipprovdi l-informazzjoni kollha mniżżla fil-Parti 1, aġġornata f’konformità mal-punti mniżżla hawn taħt, u l-informazzjoni addizzjonali l-oħra speċifikata:
1.
Numru tas-serje u n-numru totali ta’ vjeġġi.
2.
Data meta beda l-vjeġġ.
3.
Mezzi tat-trasport.
4.
L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-email tat-trasportatur(i).
5.
Rotot magħżula u rotta, meta jkun possibbli inklużi alternattivi possibbli, kif indikat fid-dokument ta’ notifika, f’każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti.
6.
Kwantitajiet.
7.
Tip ta’ imballaġġ.
8.
Numru ta’ identifikazzjoni tal-kontejner, jekk applikabbli.
9.
Kwalunkwe prekawzjoni speċjali li għandha tittieħed mit-trasportatur(i).
10.
Dikjarazzjoni ffirmata min-notifikatur li ġew riċevuti l-kunsensi kollha meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati.
11.
Il-firem li jkun hemm bżonn għal kull trasferiment tal-kustodja. Parti 3: Informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li jistgħu jintalbu mill-awtoritajiet kompetenti:
1.
It-tip u t-tul ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni li skontha taħdem il-faċilità ta’ rkupru jew ta’ rimi.
2.
Kopja tal-permess maħruġ f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2010/75/UE.
3.
L-informazzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata s-sikurezza fit-trasport.
4.
Id-distanza(i) fit-trasport bejn il-post fejn jibda l-vjeġġ u l-faċilità, inklużi rotot alternattivi.
5.
Fil-każ ta’ trasport intermodali, il-post(ijiet) fejn se jsir it-trasferiment.
6.
Informazzjoni dwar l-ispejjeż tat-trasport tal-iskart bejn in-notifikatur u l-faċilità.
7.
Kopja tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasport tal-iskart.
8.
Analiżi kimika tal-kompożizzjoni tal-iskart.
9.
Deskrizzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni tal-iskart.
10.
Deskrizzjoni tal-proċess ta’ trattament tal-faċilità, li tirċievi l-iskart.
11.
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti jew kopja jew prova tagħha.
12.
Informazzjoni dwar il-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti kif meħtieġ fl-Artikolu 5(8) u fl-Artikolu 7.
13.
Kopja jew evidenza tal-polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà għal danni lil partijiet terzi.
14.
Dokumentazzjoni li tiċċertifika li n-notifikatur ma ġiex ikkundannat li wettaq vjeġġ illegali jew għal kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-protezzjoni ambjentali jew is-saħħa tal-bniedem, u ma naqasx ripetutament milli jikkonforma mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi li saru qabel, fil-5 snin qabel is-sorromissjoni tan-notifika.
15.
Kwalunkwe informazzjoni oħra li hija rilevanti għall-valutazzjoni tan-notifika f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|