+ANNESS IIIB SKART ADDIZZJONALI ELENKAT FIL-LISTA ĦADRA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(4)(a)

ANNESS IIIB SKART ADDIZZJONALI ELENKAT FIL-LISTA ĦADRA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(4)(a)




ANNESS IIIB

SKART ADDIZZJONALI ELENKAT FIL-LISTA ĦADRA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(4)(a)

1. Irrispettivament minn jekk l-iskart jiġix inkluż jew le f’din il-lista, dan ma jistax ikun soġġett għar-rekwiżiti ġenerali ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 18 jekk ikun ikkontaminat b’materjali oħrajn sal-punt li:

(a) 

jiżdiedu r-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jkun xieraq li jiġu sottoposti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-lista tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE kif ukoll il-proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva; jew

(b) 

l-irkupru tal-iskart ma jkunx jista’ jsir b’mod li jħares l-ambjent.

2. L-iskart li ġej huwa inkluż f’dan l-Anness:

BEU04

Imballaġġ kompożitu li jikkonsisti l-aktar minn karti u minn xi plastik, li ma jkunx fih residwi u li mhuwiex kopert mill-entrata B3020 ta’ Basilea

BEU05

Skart bijodegradabbli nadif mill-agrikoltura, l-ortikoltura, il-forestrija, il-ġonna, il-parks u ċ-ċimiterji

3. Il-vjeġġi ta’ skart elenkati f’dan l-Anness huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/2031.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit