+ANNESS IX PUNTI TA’ REFERENZA GĦALL-VALUTAZZJONI MWETTQA MILL-KUMMISSJONI SKONT L-ARTIKOLU 43(1)

ANNESS IX PUNTI TA’ REFERENZA GĦALL-VALUTAZZJONI MWETTQA MILL-KUMMISSJONI SKONT L-ARTIKOLU 43(1)




ANNESS IX

PUNTI TA’ REFERENZA GĦALL-VALUTAZZJONI MWETTQA MILL-KUMMISSJONI SKONT L-ARTIKOLU 43(1)

Parti 1

Leġiżlazzjoni tal-Unjoni mfassla biex tiżgura l-ġestjoni tal-iskart li tħares l-ambjent

1. Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart).

2. Minbarra d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, il-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġejjin, li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-operazzjonijiet tat-trattament tal-iskart, huma rilevanti għall-fini li tiġi żgurata ġestjoni tal-iskart li tħares l-ambjent:

(a) 

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma ( 53 ),

(b) 

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali.

3. Il-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġejjin, li jistabbilixxu r-rekwiżiti għal flussi speċifiċi ta’ skart, huma rilevanti wkoll għall-fini li tiġi żgurata ġestjoni tal-iskart li tħares l-ambjent:

(a) 

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ;

(b) 

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls;

(c) 

Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw;

(d) 

Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE;

(e) 

Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE);

(f) 

Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti.

Parti 2

Gwida internazzjonali dwar il-ġestjoni tal-iskart li tħares l-ambjent

1. Linji gwida u dokumenti ta’ gwida adottati skont il-Konvenzjoni ta’ Basilea:

(a) 

Linji gwida tekniċi għar-rimi li jħares l-ambjent ta’ tipi ta’ skart perikoluż u ta’ skart ieħor f’landfill b’inġinerija apposta (D5) ( 54 )

(b) 

Linji gwida tekniċi dwar l-inċinerazzjoni li tħares l-ambjent ta’ tipi ta’ skart perikoluż u ta’ skart ieħor kif kopert mill-operazzjonijiet dwar ir-rimi D10 u R1 ( 55 )

(c) 

Linji gwida tekniċi dwar ir-riċiklaġġ/ir-riklamazzjoni li jħarsu l-ambjent ta’ metalli u ta’ komposti tal-metall (R4) ( 56 )

(d) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart bijomediku u mill-kura tas-saħħa (Y1; Y3) ( 57 )

(e) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart ta’ batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu ( 58 )

(f) 

Linji gwida tekniċi ġenerali għall-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati b’pollutanti organiċi persistenti ( 59 )

(g) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-1,1,1 trikloro 2,2 bis (4 klorofenil) etan (DDT) ( 60 )

(h) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżabromoċiklododekan (HBCD) ( 61 )

(i) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), bl-imluħa tiegħu u bil-fluworur perfluworoottansulfoniku (PFOSF), bl-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), bl-imluħa tiegħu u b’komposti relatati mal-PFOA u bl-aċidu perfluworoeżansulfoniku (PFHxS), bl-imluħa tiegħu u b’komposti relatati mal-PFHxS ( 62 )

(j) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-pentaklorofenol (PCP) u bl-imluħa u bl-esteri tiegħu ( 63 )

(k) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-pestiċidi aldrin, alfa eżakloroċikloeżan, beta eżakloroċikloeżan, klordan, klordekon, dikofol, dieldrin, endrin, ettakloru, eżaklorobenżen, eżaklorobutadien, lindan, mireks, pentaklorobenżen, pentaklorofenol u l-imluħa tiegħu, aċidu perfluworoottansulfoniku, l-imluħa tiegħu u fluworur tas-sulfuril tal-perfluworoottan, endosulfan tekniku u l-isomeri relatati tiegħu jew toksafen jew bl-eżaklorobenżen bħala sustanza kimika industrijali (Pestiċidi POP) ( 64 )

(l) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-poliklorobifenili, bil-polikloroterfenili, bil-polikloronaftaleni jew bil-polibromobifenili inkluż l-eżabromobifenil (PCBs, PCTs, PCNs jew PBBs, inkluż l-HBB) ( 65 )

(m) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżabromodifenil etere u bl-eptabromodifenil etere, jew bit-tetrabromodifenil etere u bil-pentabromodifenil etere jew bid-dekabromodifenil etere (POP-BDEs) ( 66 )

(n) 

Linji gwida tekniċi għall-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li fihom jew li huma kkontaminati bil-poliklorodibenżo-p-diossini, bil-poliklorodibenżofurani, bl-eżaklorobenżen, bil-poliklorobifenili, bil-pentaklorobenżen, bil-polikloronaftaleni jew bl-eżaklorobutadien mhux prodotti b’mod intenzjonat ( 67 )

(o) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżaklorobutadien ( 68 )

(p) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-paraffini klorurati b’katina qasira ( 69 )

(q) 

Linji gwida tekniċi dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart tal-plastik ( 70 )

(r) 

Linji gwida tekniċi għall-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ tajers pnewmatiċi użati u skartati ( 71 )

(s) 

Linji gwida tekniċi għall-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju ( 72 )

(t) 

Linji gwida tekniċi għall-koproċessar li jħares l-ambjent ta’ skart perikoluż fil-kalkari tas-siment ( 73 )

(u) 

Dokument ta’ gwida dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ tagħmir tal-kompjuters użat u li ma għadux jintuża ( 74 )

(v) 

Dokument ta’ gwida dwar il-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ mowbajls użati u li ma għadhomx jintużaw ( 75 )

(w) 

Qafas għall-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ tipi ta’ skart perikolużi u ta’ tipi oħrajn ta’ skart ( 76 )

(x) 

Manwali prattiċi għall-promozzjoni tal-ġestjoni li tħares l-ambjent tat-tipi ta’ skart ( 77 )

2. Linji gwida adottati mill-OECD:

(a) 

Gwida teknika għall-ġestjoni li tħares l-ambjent ta’ flussi ta’ skart speċifiċi: Kompjuters personali użati u skartati ( 78 )

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit