+Artikolu 4 2.

Artikolu 4 2.

Il-politika dwar il-ġestjoni tal-assi tal-ICT msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a) 

tippreskrivi l-monitoraġġ u l-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi tal-ICT identifikati u kklassifikati f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(b) 

tippreskrivi li l-entità finanzjarja żżomm rekords ta’ dawn kollha li ġejjin:

(i) 

l-identifikatur uniku ta’ kull assi tal-ICT;

(ii) 

informazzjoni dwar il-post, fiżiku jew loġiku, tal-assi kollha tal-ICT;

(iii) 

il-klassifikazzjoni tal-assi kollha tal-ICT, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2254;

(iv) 

l-identità tas-sidien tal-assi tal-ICT;

(v) 

il-funzjonijiet jew is-servizzi tan-negozju appoġġati mill-assi tal-ICT;

(vi) 

ir-rekwiżiti tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, inklużi l-objettivi tal-ħin ta’ rkupru u l-objettivi tal-punt ta’ rkupru;

(vii) 

jekk l-assi tal-ICT jistax ikun jew huwiex espost għal networks esterni, inkluż l-Internet;

(viii) 

ir-rabtiet u l-interdipendenzi fost l-assi tal-ICT u l-funzjonijiet tan-negozju bl-użu ta’ kull assi tal-ICT;

(ix) 

meta applikabbli, għall-assi kollha tal-ICT, id-dati tat-tmiem tas-servizzi ta’ appoġġ regolari, estiż u personalizzat tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li warajhom dawk l-assi tal-ICT ma jibqgħux appoġġati mill-fornitur tagħhom jew minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

(c) 

għall-entitajiet finanzjarji għajr il-mikrointrapriżi, tippreskrivi li dawk l-entitajiet finanzjarji jżommu rekords tal-informazzjoni meħtieġa biex titwettaq valutazzjoni speċifika tar-riskju tal-ICT fis-sistemi tal-ICT miruta kollha msemmija fl-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) 2022/2554.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit