|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.L-entitajiet finanzjarji għandhom ifasslu l-politika dwar il-kriptaġġ u l-kontrolli kriptografiċi msemmija fil-paragrafu 1 abbażi tar-riżultati ta’ klassifikazzjoni tad-data approvata u valutazzjoni tar-riskju tal-ICT. Dik il-politika għandu jkun fiha regoli għal dan kollu li ġej:
(a)
il-kriptaġġ tad-data waqt li tkun wieqfa u fi tranżitu;
(b)
il-kriptaġġ tad-data waqt l-użu, meta meħtieġ;
(c)
il-kriptaġġ ta’ konnessjonijiet u traffiku interni tan-network ma’ partijiet esterni;
(d)
il-ġestjoni tal-kjavi kriptografika msemmija fl-Artikolu 7, li tistabbilixxi regoli dwar l-użu korrett, il-protezzjoni u ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kjavi kriptografiċi. Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-kriptaġġ tad-data waqt l-użu ma jkunx possibbli, l-entitajiet finanzjarji għandhom jipproċessaw id-data waqt l-użu f’ambjent isseparat u protett, jew jieħdu miżuri ekwivalenti biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità, l-awtentiċità u d-disponibbiltà tad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|