+Artikolu 24 1.

Artikolu 24 1.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu fil-politika tagħhom dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 dawn kollha li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ta’:

(i) 

l-objettivi tal-politika dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT, inkluża l-interrelazzjoni tal-ICT u l-kontinwità tal-operat ġenerali, u filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju (BIA) msemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(ii) 

l-ambitu tal-arranġamenti, tal-pjanijiet, tal-proċeduri u tal-mekkaniżmi tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, inklużi l-limitazzjonijiet u l-esklużjonijiet;

(iii) 

il-perjodu ta’ żmien li għandu jiġi kopert mill-arranġamenti, mill-pjanijiet, mill-proċeduri u mill-mekkaniżmi tal-kontinwità tal-operat tal-ICT;

(iv) 

il-kriterji biex jiġu attivati u diżattivati l-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT, il-pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT, u l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni f’każ ta’ kriżi;

(b) 

dispożizzjonijiet dwar:

(i) 

il-governanza u l-organizzazzjoni biex tiġi implimentata l-politika dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT, inklużi r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-proċeduri ta’ eskalazzjoni li jiżguraw li jkunu disponibbli riżorsi suffiċjenti;

(ii) 

l-allinjament bejn il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ġenerali ta’ kontinwità tal-operat, li jikkonċerna mill-anqas dawn kollha li ġejjin:

(1) 

xenarji potenzjali ta’ falliment, inklużi x-xenarji msemmija fl-Artikolu 26(2) ta’ dan ir-Regolament;

(2) 

objettivi ta’ rkupru, li jispeċifikaw li l-entità finanzjarja għandha tkun tista’ tirkupra l-operazzjonijiet tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħha wara tfixkil f’objettiv ta’ ħin ta’ rkupru u objettiv ta’ punt ta’ rkupru;

(iii) 

l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT għal tfixkil serju fin-negozju bħala parti minn dawk il-pjanijiet, u l-prijoritizzazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju;

(iv) 

l-iżvilupp, l-ittestjar u r-rieżami tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT, f’konformità mal-Artikoli 25 u 26 ta’ dan ir-Regolament;

(v) 

ir-rieżami tal-effettività tal-arranġamenti, tal-pjanijiet, tal-proċeduri u tal-mekkaniżmi ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT implimentati, f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament;

(vi) 

l-allinjament tal-politika dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT ma’:

(1) 

il-politika dwar il-komunikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(2) 

l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2022/2554.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit