|
+Artikolu 31 1. |
Artikolu 31 1.L-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jinkludu fil-qafas issimplifikat tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT dawn kollha li ġejjin:
(a)
determinazzjoni tal-livelli ta’ tolleranza tar-riskju għar-riskju tal-ICT, f’konformità mal-predispożizzjoni għar-riskju tal-entità finanzjarja;
(b)
l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji tal-ICT li għalihom hija esposta l-entità finanzjarja;
(c)
l-ispeċifikazzjoni tal-istrateġiji ta’ mitigazzjoni tal-anqas għar-riskji tal-ICT li ma humiex fil-livelli ta’ tolleranza tar-riskju tal-entità finanzjarja;
(d)
il-monitoraġġ tal-effettività tal-istrateġiji ta’ mitigazzjoni msemmija fil-punt (c);
(e)
l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-ICT u tal-informazzjoni li jirriżulta minn kwalunkwe tibdil kbir fis-sistema tal-ICT jew fis-servizzi, fil-proċessi jew fil-proċeduri tal-ICT, u mir-riżultati tal-ittestjar tas-sigurtà tal-ICT u wara kwalunkwe inċident kbir relatat mal-ICT. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|