+Artikolu 1 Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità
---+Artikolu 1 (a)
---+Artikolu 1 (b)
---+Artikolu 1 (c)
---+Artikolu 1 (d)
---+Artikolu 1 (e)
---+Artikolu 1 (f)
---+Artikolu 1 (g)
---+Artikolu 1 (h)
---+Artikolu 1 (i)
---+Artikolu 1 (j)

Artikolu 1 Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità

Il-politika dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT (il-“politika”) għandha tqis id-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-elementi ta’ kumplessità akbar jew imnaqqsa tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha, inklużi elementi relatati ma’:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 (a)

it-tip ta’ servizzi tal-ICT inklużi fl-arranġament kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT (l-“arranġament kuntrattwali”) bejn l-entità finanzjarja u l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

Artikolu 1 (b)

il-post fejn huwa stabbilit il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew il-kumpanija omm tiegħu;

Artikolu 1 (c)

jekk is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti humiex ipprovduti minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, filwaqt li jitqies ukoll il-post minn fejn jiġu pprovduti s-servizzi tal-ICT u l-post fejn id-data tiġi pproċessata u maħżuna;

Artikolu 1 (d)

in-natura tad-data kondiviża mal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

Artikolu 1 (e)

jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT huwiex parti mill-istess grupp bħall-entità finanzjarja li lilha jiġu pprovduti s-servizzi;

Artikolu 1 (f)

l-użu ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li huma kemm awtorizzati, irreġistrati jew soġġetti għal superviżjoni jew sorveljanza minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jew soġġetti għall-qafas ta’ sorveljanza skont il-Kapitolu V, it-Taqsima II, tar-Regolament (UE) 2022/2554, kif ukoll ta’ dawk li ma humiex;

Artikolu 1 (g)

l-użu ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li huma kemm awtorizzati, irreġistrati jew soġġetti għal superviżjoni jew sorveljanza minn awtorità superviżorja f’pajjiż terz, kif ukoll ta’ dawk li ma humiex;

Artikolu 1 (h)

jekk il-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti huwiex ikkonċentrat fuq fornitur terz uniku ta’ servizzi tal-ICT jew għadd żgħir ta’ tali fornituri ta’ servizzi;

Artikolu 1 (i)

it-trasferibbiltà tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti lil fornitur terz ieħor ta’ servizzi tal-ICT, inkluż bħala riżultat tal-ispeċifiċitajiet tat-teknoloġija;

Artikolu 1 (j)

l-impatt potenzjali tat-tfixkil fil-forniment tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti fuq il-kontinwità tal-attivitajiet tal-entità finanzjarja u fuq id-disponibbiltà tas-servizzi tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit