+Artikolu 3 Informazzjoni speċifika li għandha tiġi pprovduta fir-rapporti intermedji
---+Artikolu 3 (a)
---+Artikolu 3 (b)
---+Artikolu 3 (c)
---+Artikolu 3 (d)
---+Artikolu 3 (e)
---+Artikolu 3 (f)
---+Artikolu 3 (g)
---+Artikolu 3 (h)
---+Artikolu 3 (i)
---+Artikolu 3 (j)
---+Artikolu 3 (k)
---+Artikolu 3 (l)

Artikolu 3 Informazzjoni speċifika li għandha tiġi pprovduta fir-rapporti intermedji

Ir-rapporti intermedji kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni speċifika kollha li ġejja:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (a)

fejn applikabbli, il-kodiċi ta’ referenza tal-inċident ipprovdut mill-awtorità kompetenti;

Artikolu 3 (b)

id-data u l-ħin tal-okkorrenza tal-inċident relatat mal-ICT;

Artikolu 3 (c)

fejn applikabbli, id-data u l-ħin meta l-entità finanzjarja tkun irkuprat l-attivitajiet regolari tagħha;

Artikolu 3 (d)

informazzjoni dwar kif il-kriterji, stabbiliti fl-Artikoli minn 1 sa 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1772 ġew issodisfati, u li abbażi tagħhom l-entità finanzjarja kklassifikat l-inċident relatat mal-ICT bħala kbir;

Artikolu 3 (e)

it-tip ta’ inċident relatat mal-ICT;

Artikolu 3 (f)

fejn applikabbli, it-theddidiet u t-tekniki użati mill-attur tat-theddidiet;

Artikolu 3 (g)

l-oqsma funzjonali u l-proċessi tan-negozju affettwati;

Artikolu 3 (h)

il-komponenti tal-infrastruttura affettwati li jappoġġaw il-proċessi tan-negozju;

Artikolu 3 (i)

l-impatt fuq l-interess finanzjarju tal-klijenti;

Artikolu 3 (j)

informazzjoni marbuta mar-rappurtar dwar l-inċident relatat mal-ICT lil awtoritajiet oħra;

Artikolu 3 (k)

azzjonijiet jew miżuri temporanji meħuda jew ippjanati li jittieħdu mill-entità finanzjarja biex tirkupra mill-inċident relatat mal-ICT;

Artikolu 3 (l)

fejn applikabbli, informazzjoni dwar indikaturi ta’ kompromess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit