+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/301 tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u r-rapport intermedju u dak finali dwarhom, u l-kontenut tan-notifika volontarja għal theddid ċibernetiku sinifikanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Informazzjoni ġenerali li għandha tiġi pprovduta fin-notifiki inizjali u fir-rapporti intermedji u finali dwar inċidenti kbar relatati mal-ICT
------+Artikolu 1 (a)
------+Artikolu 1 (b)
------+Artikolu 1 (c)
------+Artikolu 1 (d)
------+Artikolu 1 (e)
------+Artikolu 1 (f)
------+Artikolu 1 (g)
---+Artikolu 2 Informazzjoni speċifika li għandha tiġi pprovduta fin-notifiki inizjali
------+Artikolu 2 (a)
------+Artikolu 2 (b)
------+Artikolu 2 (c)
------+Artikolu 2 (d)
------+Artikolu 2 (e)
------+Artikolu 2 (f)
------+Artikolu 2 (g)
------+Artikolu 2 (h)
------+Artikolu 2 (i)
------+Artikolu 2 (j)
---+Artikolu 3 Informazzjoni speċifika li għandha tiġi pprovduta fir-rapporti intermedji
------+Artikolu 3 (a)
------+Artikolu 3 (b)
------+Artikolu 3 (c)
------+Artikolu 3 (d)
------+Artikolu 3 (e)
------+Artikolu 3 (f)
------+Artikolu 3 (g)
------+Artikolu 3 (h)
------+Artikolu 3 (i)
------+Artikolu 3 (j)
------+Artikolu 3 (k)
------+Artikolu 3 (l)
---+Artikolu 4 Informazzjoni speċifika dwar l-Artikolu li għandha tiġi pprovduta fir-rapporti finali
------+Artikolu 4 (a)
------+Artikolu 4 (b)
------+Artikolu 4 (c)
------+Artikolu 4 (d)
------+Artikolu 4 (e)
------+Artikolu 4 (f)
---+Artikolu 5 Limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali, u għar-rapporti intermedji u finali
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
------+Artikolu 5 6
---+Artikolu 6 Il-kontenut ta’ notifika volontarja dwar theddid ċibernetiku sinifikanti
------+Artikolu 6 (a)
------+Artikolu 6 (b)
------+Artikolu 6 (c)
------+Artikolu 6 (d)
------+Artikolu 6 (e)
------+Artikolu 6 (f)
------+Artikolu 6 (g)
------+Artikolu 6 (h)
------+Artikolu 6 (i)
------+Artikolu 6 (j)
---+Artikolu 7 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Financial Industry -
DORA -
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/301 tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u r-rapport intermedju u dak finali dwarhom, u l-kontenut tan-notifika volontarja għal theddid ċibernetiku sinifikanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/301
tat-23 ta’ Ottubru 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u r-rapport intermedju u dak finali dwarhom, u l-kontenut tan-notifika volontarja għal theddid ċibernetiku sinifikanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20, it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ notifika u rapportar għal inċidenti kbar relatati mal-ICT imsemmija fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554, il-limiti ta’ żmien għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT jenħtieġ li jsegwu approċċ konsistenti għat-tipi kollha ta’ entitajiet finanzjarji. Għal dawn ir-raġunijiet, il-limiti ta’ żmien jenħtieġ li jsegwu wkoll, kemm jista’ jkun, approċċ konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u tal-anqas ikunu ekwivalenti għalihom f’dak li jirrigwarda l-effett.
|
|
(2)
|
Sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux dovut ta’ rapportar fuq l-entitajiet finanzjarji fi żmien meta jkunu qed jittrattaw inċident relatat mal-ICT, il-kontenut tan-notifika inizjali jenħtieġ li jkun limitat għall-aktar informazzjoni sinifikanti. Sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni superviżorja xierqa, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jirċievu informazzjoni dwar inċidenti kbar relatati mal-ICT malajr kemm jista’ jkun wara li l-entità finanzjarja tkun ikklassifikat inċident relatat mal-ICT bħala kbir. Konsegwentement, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ notifika inizjali kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554 jenħtieġ li jkun qasir kemm jista’ jkun wara li inċident relatat mal-ICT ikun ġie kklassifikat bħala kbir, filwaqt li xorta jippermetti flessibbiltà, speċjalment għal mudelli ta’ negozju tas-servizzi li ż-żmien mhux partikolarment kritiku għalihom, f’każ li l-entitajiet finanzjarji jeħtieġu aktar żmien biex jittrattaw l-inċident relatat mal-ICT wara li jsiru konxji minnu.
|
|
(3)
|
Wara li jkunu rċevew in-notifika inizjali, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirċievu informazzjoni aktar dettaljata dwar l-inċident relatat mal-ICT fir-rapport intermedju u l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rapport finali. L-informazzjoni f’dawk ir-rapporti jenħtieġ li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw aktar l-inċident relatat mal-ICT u jevalwaw l-azzjonijiet superviżorji li jistgħu jkunu jridu jieħdu.
|
|
(4)
|
Il-limiti ta’ żmien għar-rapportar imsemmija fl-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(ii), tar-Regolament (UE) 2022/2554 jenħtieġ li għalhekk jżommu bilanċ bejn il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni malajr u l-ħtieġa li l-entitajiet finanzjarji jingħataw biżżejjed żmien biex jiksbu informazzjoni kompluta u preċiża.
|
|
(5)
|
Filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-iskedi ta’ żmien tar-rapportar jenħtieġ li ma joħolqux piż sproporzjonat għall-mikrointrapriżi u għal entitajiet finanzjarji oħra mhux ta’ daqs sinifikanti. Barra minn hekk, biex jiġi evitat piż sproporzjonat fuq l-entitajiet finanzjarji, il-limiti ta’ żmien għar-rapportar jenħtieġ li jqisu tmiem il-ġimgħat u l-vaganzi bankarji.
|
|
(6)
|
Peress li t-theddid ċibernetiku sinifikanti għandu jiġi nnotifikat fuq bażi volontarja, il-kontenut ta’ tali notifiki jenħtieġ li ma jimponix piż fuq l-entitajiet finanzjarji u jenħtieġ li jkun aktar limitat mill-informazzjoni mitluba għal inċidenti kbar relatati mal-ICT.
|
|
(7)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.
|
|
(8)
|
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbu l-parir tal-Gruppi tal-Partijiet Ikkonċernati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (3), (UE) Nru 1094/2010 (4), u (UE) Nru 1095/2010 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
|
(9)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta opinjoni pożittiva fit-22 ta’ Lulju 2024. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-protezzjoni tad-data tar-Regolament (UE) 2018/1725,
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
|
Artikolu 1 Informazzjoni ġenerali li għandha tiġi pprovduta fin-notifiki inizjali u fir-rapporti intermedji u finali dwar inċidenti kbar relatati mal-ICT
|
L-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu fin-notifika inizjali, fir-rapport intermedju u fir-rapport finali, kif msemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554, din l-informazzjoni ġenerali:
|
|
Artikolu 2 Informazzjoni speċifika li għandha tiġi pprovduta fin-notifiki inizjali
|
In-notifiki inizjali kif imsemmija fl-Artikolu 19(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni speċifika kollha li ġejja:
|
|
Artikolu 3 Informazzjoni speċifika li għandha tiġi pprovduta fir-rapporti intermedji
|
Ir-rapporti intermedji kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni speċifika kollha li ġejja:
|
|
Artikolu 4 Informazzjoni speċifika dwar l-Artikolu li għandha tiġi pprovduta fir-rapporti finali
|
Ir-rapporti finali kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandu jkun fihom l-informazzjoni speċifika kollha li ġejja:
|
|
Artikolu 5 Limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali, u għar-rapporti intermedji u finali
|
-
|
|
Artikolu 6 Il-kontenut ta’ notifika volontarja dwar theddid ċibernetiku sinifikanti
|
Il-kontenut ta’ notifika volontarja dwar theddid ċibernetiku sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandu jkopri dan kollu li ġej:
|
|
Artikolu 7 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1)
ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1772 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar (ĠU L, 2024/1772, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1772/oj).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
|