+Artikolu 5 Limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali, u għar-rapporti intermedji u finali
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6

Artikolu 5 Limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali, u għar-rapporti intermedji u finali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jissottomettu n-notifika inizjali u r-rapporti intermedji u finali kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554 fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(a)

għar-rapport inizjali: kmieni kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ, fi żmien erba’ sigħat mill-klassifikazzjoni tal-inċident relatat mal-ICT bħala inċident kbir relatat mal-ICT u mhux aktar tard minn 24 siegħa mill-mument li l-entità finanzjarja tkun saret konxja tal-inċident relatat mal-ICT;

(b)

għar-rapport intermedju: mhux aktar tard minn 72 siegħa mis-sottomissjoni tan-notifika inizjali, anki meta l-istatus jew it-trattament tal-inċident ma jkunux inbidlu kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2022/2554. L-entitajiet finanzjarji għandhom jissottomettu rapport intermedju aġġornat mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ wara li jkunu ġew irkuprati l-attivitajiet regolari;

(c)

għar-rapport finali: mhux aktar tard minn xahar wara s-sottomissjoni tar-rapport intermedju, jew, fejn applikabbli, wara l-aħħar rapport intermedju aġġornat.

Artikolu 5 2

2.   Meta l-entità finanzjarja ma tkunx ikklassifikat inċident relatat mal-ICT bħala kbir fi żmien 24 siegħa mill-mument li fih l-entità finanzjarja tkun saret taf bl-inċident relatat mal-ICT iżda tikklassifika dak l-inċident relatat mal-ICT bħala kbir fi stadju aktar tard, l-entità finanzjarja għandha tippreżenta n-notifika inizjali fi żmien erba’ sigħat mill-klassifikazzjoni tal-inċident relatat mal-ICT bħala inċident kbir.

Artikolu 5 3

3.   L-entitajiet finanzjarji li ma jkunux jistgħu jissottomettu n-notifika inizjali, ir-rapport intermedju, jew ir-rapport finali fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti b’dan mingħajr dewmien żejjed, iżda mhux aktar tard mil-limiti ta’ żmien rispettivi għas-sottomissjoni tan-notifika jew tar-rapport, u għandhom jispjegaw ir-raġunijiet għad-dewmien.

Artikolu 5 4

4.   Meta l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ notifika inizjali, rapport intermedju, jew rapport finali jaqa’ fi tmiem il-ġimgħa jew festa pubblika fl-Istat Membru tal-entità finanzjarja relatriċi, l-entità finanzjarja tista’ tissottometti n-notifika inizjali, ir-rapporti intermedji jew finali sa nofsinhar tal-jum tax-xogħol li jmiss.

Artikolu 5 5

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika għas-sottomissjoni ta’ notifika inizjali jew rapport intermedju minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, kontropartijiet ċentrali, operaturi ta’ ċentri tan-negozjar, u entitajiet finanzjarji oħra identifikati bħala entitajiet essenzjali jew importanti skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

Artikolu 5 6

6.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 4 ma għandux japplika għas-sottomissjoni ta’ notifika inizjali jew ta’ rapport intermedju mill-entitajiet finanzjarji, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 5, li huma sinifikanti jew li għandhom karattru sistemiku għas-settur finanzjarju fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-entitajiet finanzjarji identifikati. Id-Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tapplika biss fir-rigward ta’ inċidenti rrapportati wara d-data tan-notifika tad-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti lill-entitajiet finanzjarji identifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit