+Artikolu 5 1
|
Artikolu 5 1
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jissottomettu n-notifika inizjali u r-rapporti intermedji u finali kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554 fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:
|
(a)
|
għar-rapport inizjali: kmieni kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ, fi żmien erba’ sigħat mill-klassifikazzjoni tal-inċident relatat mal-ICT bħala inċident kbir relatat mal-ICT u mhux aktar tard minn 24 siegħa mill-mument li l-entità finanzjarja tkun saret konxja tal-inċident relatat mal-ICT;
|
|
(b)
|
għar-rapport intermedju: mhux aktar tard minn 72 siegħa mis-sottomissjoni tan-notifika inizjali, anki meta l-istatus jew it-trattament tal-inċident ma jkunux inbidlu kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2022/2554. L-entitajiet finanzjarji għandhom jissottomettu rapport intermedju aġġornat mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ wara li jkunu ġew irkuprati l-attivitajiet regolari;
|
|
(c)
|
għar-rapport finali: mhux aktar tard minn xahar wara s-sottomissjoni tar-rapport intermedju, jew, fejn applikabbli, wara l-aħħar rapport intermedju aġġornat.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|