+Artikolu 16 2

Artikolu 16 2

2.   Għandhom jiġu stabbiliti funzjonijiet ta’ verifika tal-konformità fil-livell tal-grupp. Dawk il-funzjonijiet għandhom jinkludu maniġer tal-konformità fil-livell tal-grupp u, fejn ġustifikat mill-attivitajiet imwettqa fil-livell tal-grupp, uffiċjal għall-konformità. Id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-funzjonijiet ta’ verifika tal-konformità għandha tiġi ddokumentata.

Il-maniġer tal-konformità msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jirrapporta regolarment lill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni tal-impriża omm dwar l-implimentazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu. Bħala minimu, il-maniġer tal-konformità għandu jippreżenta rapport darba fis-sena dwar l-implimentazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-entità marbuta b’obbligu u għandu jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jirrimedja fil-ħin kwalunkwe nuqqas identifikat. Meta l-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni jkun korp li huwa kollettivament responsabbli għad-deċiżjonijiet tiegħu, il-maniġer tal-konformità għandu jassistih u jagħtih pariri u għandu jħejji d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit