3. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ miżuri addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-entitajiet marbutin b’obbligu meta l-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 16 u l-azzjonijiet superviżorji addizzjonali meħtieġa f’każijiet bħal dawn.