+Artikolu 17 Fergħat u sussidjarji f’pajjiżi terzi
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
|
Artikolu 17 Fergħat u sussidjarji f’pajjiżi terzi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Meta fergħat jew sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi fejn ir-rekwiżiti minimi dwar l-AML/CFT ikunu anqas stretti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-impriża omm għandha tiżgura li dawk il-fergħat jew is-sussidjarji jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data, jew ekwivalenti.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Meta l-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix konformità ma’ dan ir-Regolament, l-impriża omm għandha tieħu miżuri addizzjonali sabiex tiżgura li l-fergħat u s-sussidjarji f’dak il-pajjiż terz jittrattaw b’mod effettiv ir-riskju ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, u għandha tinforma lis-superviżuri tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha b’dawk il-miżuri addizzjonali. Meta s-superviżuri tal-Istat Membru ta’ domiċilju jqisu li l-miżuri addizzjonali ma jkunux biżżejjed, huma għandhom jeżerċitaw azzjonijiet superviżorji addizzjonali, inkluż li jirrikjedu li l-grupp ma jidħol f’ebda relazzjoni tan-negozju, jittermina dawk eżistenti jew ma jwettaq ebda tranżazzjoni, jew li jagħlaq l-operazzjonijiet tiegħu fil-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 17 3
|
3. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ miżuri addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-entitajiet marbutin b’obbligu meta l-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 16 u l-azzjonijiet superviżorji addizzjonali meħtieġa f’każijiet bħal dawn.
|
|
Artikolu 17 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|