3. Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekord tal-azzjonijiet meħudin sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit li japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, inkluż rekords tad-deċiżjonijiet meħudin u d-dokumenti ta’ sostenn u ġustifikazzjonijiet rilevanti. Id-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni miżmumin mill-entità marbuta b’obbligu għandhom jiġu aġġornati kull meta d-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti tiġi rrieżaminata skont l-Artikolu 26.
L-obbligu li jinżammu rekords previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw ukoll għal sitwazzjonijiet fejn l-entitajiet marbutin b’obbligu jirrifjutaw li jidħlu f’relazzjoni tan-negozju, itemmu relazzjoni tan-negozju jew japplikaw miżuri alternattivi skont il-paragrafu 1.).