2. Sabiex jiġu identifikati l-pajjiżi terzi msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, fejn:
|
(a)
|
ikunu ġew identifikati dgħufijiet fil-konformità fil-qafas legali u istituzzjonali AML/CFT tal-pajjiż terz;
|
|
(b)
|
ikunu ġew identifikati dgħufijiet fil-konformità fl-effettività tas-sistema AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jew fis-sistema tiegħu għall-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni.
|
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati fi żmien għoxrin jum kalendarjuminm meta l-Kummissjoni taċċerta li ġew issodisfati l-kriterji fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.