2. Sal-10 ta’ Lulju 2027, L-AMLA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 , inkluż:
|
(a)
|
il-kriterji u l-mezzi għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-oriġinatur jew il-benefiċjarju ta’ trasferiment magħmul minn jew lejn indirizz awtoospitat, inkluż billi jserrħu fuq partijiet terzi, b’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi l-aktar reċenti;
|
|
(b)
|
kriterji u mezzi għall-verifika ta’ jekk l-indirizz awtoospitat huwiex proprjetà ta’ klijent jew ikkontrollat minnu.
|