1. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mat-trasferimenti tal-kriptoassi diretti lejn indirizz awtoospitat jew li joriġinaw minnu. Għal dak l-għan, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati mar-riskji identifikati. Dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jinkludu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
it-teħid ta’ miżuri bbażati fuq ir-riskju biex tiġi identifikata, u vverifikata l-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment magħmul minn jew lejn indirizz awtoospitat jew sid benefiċjarju ta’ tali oriġinatur jew benefiċjarju, inkluż permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi;
|
|
(b)
|
tintalab informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kriptoassi;
|
|
(c)
|
it-twettiq ta’ monitoraġġ imsaħħaħ tat-tranżazzjonijiet fuq bażi kontinwa b’indirizz awtoospitat;
|
|
(d)
|
kwalunkwe miżura oħra għat-taffija u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskju ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.
|