2. Meta l-Istati Membri jidentifikaw skont l-Artikolu 8(4), il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2024/1640 kategoriji ta’ entitajiet korporattivi li huma esposti għal riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, inkluż abbażi tas-setturi li joperaw fihom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Sal-10 ta’ Lulju 2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-riskji assoċjati ma’ dawk il-kategoriji ta’ entitajiet ġuridiċi humiex rilevanti għas-suq intern u, fejn tikkonkludi li livell limitu aktar baxx huwa xieraq biex jittaffew dawk ir-riskji, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex temenda dan ir-Regolament billi tidentifika:
|
(a)
|
il-kategoriji ta’ entitajiet korporattivi li huma assoċjati ma’ riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u li għalihom għandu japplika livell limitu aktar baxx;
|
|
(b)
|
il-livelli limitu relatati.
|
Il-livell limitu aktar baxx imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi stabbilit għal massimu ta’ 15 % tal-interess proprjetarju fl-entità korporattiva, sakemm il-Kummissjoni ma tikkonkludix, abbażi tar-riskju, li limitu ogħla jkun aktar proporzjonat, li fi kwalunkwe każ għandu jiġi stabbilit għal inqas minn 25 %.